Futbol lokali
Futbol lokali: Kevin Tulimieri jiffirma ma’ Hamrun Spartans sal-2019/20

Kevin Tulimieri, il-midfielder ta’ Hamrun Spartans FC, iffirma kuntratt ġdid li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2019/20.

Dan ifisser li l-plejer Taljan minn Napli se jkun qed jilbes il-flokk tal-Ispartans għal dan l-istaġun u għal dak li ġej.

Jidher li fl-aħħar ġimgħat, Tulimieri kellu xi diżgiwed mal-kowċ Giovanni Tedesco, b’dan tal-aħħar li ddeċieda ma jilgħabux f’xi partiti, inkluż din tal-Ġimgħa li għaddiet kontra Gżira United.

TVM Sport jinsab infurmat li kien il-President Nunzio Antignani u d-Direttur Tekniku Giovanni Farrugio li kkonvinċew lil Tulimieri jibqa’ jilbes il-flokk iswed u aħmar.

Diversi klabbs ta’ stoffa fil-Kampjonat BOV Premier urew l-interess fil-plejer, iżda jidher li Hamrun Spartans FC ma riedux iċeduh.

Interessanti wieħed jara jekk Tulimieri hux se jsib postu fit-tim għall-partita li jmisshom Hamrun Spartans mill-FA Trophy l-Ħadd li ġej kontra Birkirkara.

Il-partita tibda fl-16.00 u tixxandar diretta fuq TVM2.

Il-firma ta’ Tulimieri tfisser aktar saħħa fit-tim ta’ Hamrun Spartans FC li jidher li se jkomplu jissaħħu fl-aħħar ġimgħa li fadal tas-suq tat-trasferimenti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara ppreżentaw l-akkwisti u l-isponsors il-ġodda f’konferenza stampa organizzata llum wara nofsinhar li ġiet indirizzata mill-President Frank Zarb, mid-Drettur Tekniku Michael Valenzia u mid-Direttur Sportiv John Arne Riise. Frank Zarb,…

Futbol lokali

Bejn għada u l-Ħadd, jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-FA Trophy, fejn minnhom iridu joħorġu s-semifinalisti għal dan l-istaġun. It-tmien kowċis li se jkunu nvoluti f’dawn il-partiti ngħaqdu f’daqqa fil-Millennium Stand…

Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa se jkun hawn f’Malta l-Kap tar-Referees tal-Belġju Johan Verbist,  li huwa wkoll il-persuna responsabbli mis-sistema tal-VAR fil-pajjiż. Il-Belġju kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li ntroduċa s-sistema tal-VAR…

Aktar