Futbol lokali
Futbol lokali: L-MFA għandha 845 kuntratt ta’ impjegati mal-klabbs reġistrati magħha, 409 mill-Kampjonat BOV Premier

Il-Malta Football Association għandha reġistrati magħha 845 kuntratt mill-erba’ diviżjonijiet rispettivi tagħha li huma l-Kampjonat BOV Premier, il-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, il-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni u l-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni.

Il-kuntratti jinkludu dawk ta’ plejers full-time u part-time, kowċis u staff li jaħdmu mal-klabbs.

Dawn iċ-ċifri ma jinkludux l-ammont ta’ persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ full-time u part-time dirett mal-MFA li żdiedu ħafna fl-aħħar snin, b’persuni li ddaħlu jokkupaw karigi anki maniġerjali li komplew żiedu mal-ammont tal-impjegati li diġà kien hemm.

Hu mifhum li bejn full-timers u part-timers, l-MFA tħaddem aktar minn 200 persuna oħra. S’issa, anki jekk kważi kollha qed jaħdmu mid-dar, TVMSport jinsab infurmat li l-MFA għadha qed tħallas b’mod regolari lill-impjegati kollha tagħha.

Iżda TVMSport jista’ jikkonferma li l-ikbar problema tinsab għand il-klabbs li għadhom fil-għama u ma jafhux x’se tkun it-triq ‘il quddiem. Il-Kampjonat BOV Premier għandu 409 persuna li l-MFA għandha kuntratt tiegħu ta’ ħlas mill-klabb, liema ħlasijiet bħalissa twaqqfu kollha.

Dawn il-persuni fil-Kampjonat BOV Premier huma mqassmin hekk: 192 plejer full-time, 84 plejer part-time, 106 kowċ li jinkludu wkoll dawk tan-nurseries u 27 persuna li jaħdmu b’paga ma’ xi klabb tal-Kampjonat Premier.

TVMSport jista jikkonferma wkoll li aktar minn 70% ta’ dawn il-persuni, li hemm fosthom diversi barranin, għandhom id-dħul u l-għixien tagħhom li ġej mill-futbol biss.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar