Futbol lokali
Futbol lokali: L-MFRA tirtira d-direttiva tat-taħriġ tal-VAR b’mod temporanju u b’sens ta’ rieda tajba

Il-Malta Football Referees Association ħabbret lill-membri tagħha li se b’mod temporanju qiegħda tirtira d-direttiva tat-taħriġ tal-VAR.

Referees lokali kienu qed jintbagħtu fl-OB Unit tax-xandir dirett biex jibdew jitħarrġu l-mod ta’ kif taħdem il-Video Assistant Referee fil-partiti tal-futbol.

Madankollu, fil-jiem li għaddew, wara laqgħa bejn il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo u r-referees lokali, li ma niżlet xejn tajjeb mal-istess referees, l-MFRA ħarġet bl-ewwel direttiva li l-ebda referee ma jmur aktar fl-OB Unit waqt ix-xandir dirett tal-partiti tal-Kampjonat BOV Premier.

Jidher li fl-aħħar jiem intlaħaq qbil li erba’ rappreżentanti tal-MFRA u r-referees lokali kienu se jiltaqgħu mal-President tal-MFA f’laqgħa li mistennija ssir it-Tlieta li ġej.

Għaldaqstant, l-MFRA, qalet li b’mod temporanju u mingħajr preġudizzjoni kienet qiegħda tissospendi din id direttiva u r-referees membri tagħha se jkunu preżenti għal dan it-taħriġ tal-VAR proprju mill-partiti tal-lum wara nofsinhar.

L-MFRA qalet ukoll li qed tagħmel dan bħala rieda tajba qabel il-laqgħa tat-tlieta li ġej u l-erba’ referees lokali se jmorru jitkellmu fuq pakkett li ġie diskuss u approvat mill-membri kollha tal-Assoċjazzjoni tar-referees.

TVM Sport jinsab infurmat li parti mill-pakkett li se jkun diskuss mal-President hu dwar żieda mmedjata lill-uffiċjali kollha, xi ħaġa li r-referees lokali ilhom ma jieħdu għal dawn l-aħħar snin.

Jekk dan ma jseħħx jerġgħu jidħlu fis-seħħ aktar direttivi li jistgħu jkunu aktar ħorox li jwasslu għal ‘strike’ totali tar-referees kollha membri tal-MFRA.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Futbol lokali

Eku tal-każ ta’ Jude Amin Utulu r-referee li kien sospiż għal għomru minn kull attivita’ fil-football mis-Sotto Kumitat tad-Dixxiplina tar-Referees. Fi żvilupp il-Board tal-appell tal-MFA wara li kkunsidra l-fatti u…

Futbol lokali

Sitt plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Dawn huma Cain Attard ta’ Birkirkara FC, Zachary Scerri ta’ Gżira United FC, Nemanja Radojevic ta’ Hibernians…

Aktar