Futbol lokali: Malta – Rumanija, illejla fid-20.45, diretta TVM2

Illejla tintlagħab il-partita minn Grupp F ta’ kwalifikazzjoni bejn Malta u r-Rumanija.

Il-partita tintlagħab fl-istadium nazzjonali, f’Ta’ Qali u tibda fid-20.45.

Il-partita tixxandar dirett fuq TVM2 u x-xandira tibda fit-20.15 u tibqa’ sejra bi programm speċjali wara l-partita b’intervisti esklussivi wara l-partita.

Din hi r-raba’ partita fil-Grupp għaż-żewġ timijiet u l-ewwel waħda fl-Istorja bejn iż-żewġ nazzjonijiet.

S’issa, Malta għandha tliet punti f’dan il-Grupp bir-rebħa li akkwistat f’Ta’ Qali kontra l-Gżejjer Faroe.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Karate

22 atleta mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate bl-etajiet ta’ bejn tnax u ħamsa u għoxrin sena, ħadu sehem fis-sitt edizzjoni tal-Kampjonati tal-Karate tal-Istati iż-Żghar tal-Ewropa, li saru f’Reykjavic, l-Iżlanda bejn it-13 u…

Sport Lokali

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru, skejjel mis-setturi kollha Edukattivi se jkunu qed jingħaqdu ma’ studenti minn aktar minn 30 pajjiż madwar l-Ewropa fil-Ġurnata Ewropeja tal-Isport fl-Iskejjel (ESSD). L-ESSD hija inizzjattiva…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Mosta………1 Birkirkara..1 B’Kara FC baqgħu bla rebħa wara 4 logħbiet meta ġew miżmuma fi dro ta’ 1-1 minn Mosta FC. Wara 6 minuti logħob xutt ta’…

Aktar