Futbol lokali
Futbol lokali: Manuele Blasi jinħatar kowċ ta’ Hamrun Spartans FC

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC.

Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad ma’ Gżira United FC.

Kif żvela TVM Sport fil-jiem li għaddew, Hamrun Spartans iffirmaw ukoll lil Fabrizio Antonini, li se jkun l-assistent ta’ Blasi.

Manuele Blasi hu fost l-aktar kowċis b’ċertifikati ta’ livell għoli li ħareġ minn Coverciano, fl-aħħar snin.

Blasi ffirma kuntratt ma’ Hamrun Spartans li se jorbtu mal-klabb għas-sentejn li ġejjin.

Hekk kif Hamrun Spartans spiċċaw bla kowċ ħesrem, mill-ewwel bdiet il-ħidma mill-President Nunzio Antignani u mid-Direttur Sportiv Gaetano Farruggio, biex jinġieb sostitut denju ta’ Tedesco.

Manuele Blasi lagħab karriera sħiħa fis-Serie A ma’ timijiet bħal Juventus, Fiorentina, Roma, Napoli, Perugia u Palermo.

Blasi mistenni jġib entużjażmu kbir fost il-partitarji Ħamruniżi, tant li għal-lejla ssejjaħ rally mal-partitarji biex ikun ippreżentat lilhom.

Ir-rally għall-partitarji jibda fis-19.00 u jsir fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Aktar transfer hekk kif Floriana wkoll bdew jiċċaqalqu bl-akkwisti kkordinati mill-President Riccardo Gaucci li ftit jiem ilu reġa’ ġie konfermat fil-kariga mill-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Greens. Floriana kkonfermaw l-akkwist ta’ Augusto…

Futbol lokali

Ikomplu l-akkwisti ta’ aktar players barranin mill-Club ta’ Balzan hekk kif dawn iffirmaw lill-attakkant mis-Serbja Stefan Dimic. Dimic, għandu 26 sena, u fil-passat lagħab mat-teams tal-Youths u anke ta’ taħt…

Futbol lokali

Mario Muscat, l-ex gowlkiper nazzjonali ta’ Malta u ta’ Hibernians FC, mil-lum sar kowċ ta’ Senglea Athletic FC. Kif żvela TVM Sport fis-sigħat li għaddew, Muscat inħall mill-kuntratt li kellu…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, immexxi minn Winston Muscat, se jmur ‘traning camp’ ta’ sitt ijiem fl-Awstrija. Waqt dan it-‘training camp’, it-tim se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija….

Aktar