Futbol lokali
Futbol lokali: Manuele Blasi se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Hamrun Spartans FC

Manuele Blasi, l-ex plejer ta’ Juventus, Parma, Fiorentina u Napoli, fost l-oħrajn, se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Hamrun Spartans FC.

TVM Sport jista’ jikkonferma li Hamrun Spartans għalqu dawn in-negozjati mal-ex plejer tat-tim nazzjonali Taljan fis-sigħat li għaddew.

Blasi mistenni jasal pajjiżna l-Ħamis li ġej.

Hu se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li rriżenja minn kowċ tal-klabb u li wisq probabbli jkun ikkonfermat kowċ ta’ Gżira United FC fis-sigħat li ġejjin.

TVM Sport jista’ jikkonferma wkoll li Blasi se jkun assistiet minn Fabrizio Antonini, li hu kowċ ieħor ta’ esperjenza fl-Italja.

Fil-jiem li għaddew, Hamrun Spartans, permezz tad-Direttur Tekniku Gaetano Farruggio, tkellmu ma’ diversi kowċis Taljani li jistgħu jkunu sostituti denji ta’ Tedesco.

TVM Sport jista’ jikkonferma li tnejn minnhom kienu Giuseppe Pancaro, ex plejer ta’ Lazio u Milan u Francesco Morriero, ex plejer ta’ Cagliari, Roma u Inter.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. S’issa, it-tim promoss ta’ Sirens flimkien ma’ Senglea A. u Floriana jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, kollha b’7 punti,…

Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Aktar