Futbol internazzjonali
Futbol lokali: Marco Sahanek lura ma’ Hibernians FC

Ftit tal-ħin ilu, wasal f’pajjiżna Marco Sahanek biex mill-ġdid jerġa’ jingħaqad ma’ Hibernians FC.

TVM Sport jinsab infurmat li Jesmond Abela, it-team manager ta’ Hibernians FC, deher fil-parti tal-‘arrivals’ tal-ajruport internazzjonali meta ħin minnhom tfaċċa l-plejer Awstrijakk.

Ftit tal-minuti ilu, is-sit uffiċjali ta’ facebook tal-klabb Pawlist tella’ ritratt ta’ Abela fil-kumpanija ta’ Sahanek.

Sahanek hu midfielder ta’ 28 sena li lagħab anki mat-tim nazzjonali tal-Awstrija tal-youths.

Hibernians FC jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier u jilagħbu kontra Pietà Hotspur fi tmiem il-ġimgħa.

Għadu mhux magħruf jekk Sahanek hux se jkun inkluż fl-iskwadra tal-kowċ Sanderra għal din il-partita.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Slovan Bratislava tas-Slovakkja u Zbrojovka Brno tar-Repubblika Ċeka se jikkontestaw il-finali tal-ewwel edizzjoni tat-TipSport Malta Cup nhar it-Tnejn li ġej fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali. Fis-semifinali tal-lum Slovan għelbu lit-team tas-Superliga…

Futbol internazzjonali

Partita drammatika bl-eroj tal-ġurnata ma jkun ħadd għajr il-plejer Portugiż ta’ Wolves Diogo Jota . Wolves daħlu jistrieħu b’żewġ gowls minn fuq bi Diogo Jota jsib ix-xibka wara erba’ minuti…

Futbol internazzjonali

Iċ-champions tax-xitwa tas-Slovakkja u tliet timijiet mir-Repubblika Ċeka jinsabu Malta biex jilagħbu tournament kwadrangulari għat-Tipsport Malta Cup. Is-Slovakki ta’ Slovan Bratislava: u Mlada Boleslav, bħalissa fl-għaxar post fis-Superliga Ċeka, flimkien…

Futbol internazzjonali

Gianluigi Buffon, il-gowlkiper ta’ Parsi St Germain, qal li xtaq jibqa’ ma’ Juventus biex ikun jista’ jilgħab ma’ Cristiano Ronaldo iżda d-destin ried mod ieħor. Buffon qal dan f’intevista li…

Aktar