Futbol lokali
Futbol lokali: Michael Mifsud isir plejer ta’ Birkirkara

Michael Mifsud huwa plejer ta’ Birkirkara FC.

Jidher li Birkirkara laħqu ftehim mal-captain tat-tim nazzjonali Malti fl-aħħar jiem hekk kif sar jafu li l-plejer kien se jtemm l-avventura tiegħu minn ma’ Valletta.

Sorsi ta’ TVM Sport jikkonfermaw li Mifsud ingħata kuntratt ta’ sena mal-klabb Karkariż.

Dan hu t-tieni kolp fi ftit jiem ta’ Birkirkara wara dak ta’ Paul Fenech minn ma’ Balzan.

Birkirkara se jkunu r-raba’ tim fl-Istorja ta’ Mifsud f’pajjiżna.

Minbarra Valletta, hu lagħab ukoll ma’ Qormi u Sliema Wanderers, b’dawn tal-aħħar ikunu l-klabb fejn trabba u beda l-karriera tal-futbol.

Mifsud kellu karriera twila ta’ futbol barra minn pajjiżna f’pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Ingilterra u n-Norveġja.

Michael Mifsud u l-aktar plejer li lagħab għat-tim nazzjonali Malti fl-Istorja u l-aktar plejer li skorja bil-flokk ta’ Malta…40 gowl.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Hibernians…….2 Hamrun Spartans…1 Fis-7 ġurnata tal-kampjonat Premier Hibernians għelbu lil Ħamrun bl-iscore ta’ 2-1  fis-Centenary Staduim. Hibernians kienu ġejjin minn żewġt rebħiet konsekuttiva ma’ St Andrews…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Mosta…..1 Sliema….2 Sliema W jirnexxilhom jegħlbu meritatament lil Mosta 2-1, meta jirnexxilhom jdawru r-riżultat, meta sofrew gowl bikri. Sliema li jkomplu bil-mument ferm pożittiv tagħhom dan…

Futbol lokali

Valletta Stars fetħu l-impenji tagħhom fil-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni tal-MAFA bil-kbir meta rreġistraw l-akbar rebħa tal-ġurnata wara li għelbu lil Marsaxokk AFC bl-iskor ta’ 5-2. Qabel dan il-konfront l-Istilel Beltin bdew…

Futbol lokali

Tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena: Noel Turner, il-kowċ nazzjonali Malti, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partiti minn Grupp 3 ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropej li se jintlagħbu fis-Slovenja bejn…

Aktar