Futbol lokali
Futbol lokali: Myles Beerman isir plejer ta’ Hibernians FC…tliet snin kuntratt

Il-plejer internazzjonali Malti Myles Beerman, mil-lum sar plejer ta’ Hibernians FC.

Id-difensur iffirma tliet snin kuntratt mal-Pawlisti li se jżommu f’Raħal Ġdid sal-istaġun 2021/22.

Beerman kien qed jilgħab fl-Iskozja ma’ Rangers.

Hu beda l-karriera ma’ Floriana qabel ma kien ingħaqad ma’ Manchester City.

Beerman kien lagħab anki ma’ Queen of the South meta ngħaqad magħhom għal staġun b’self.

Myles Beerman kien lagħab bil-flokk nazzjonali lura fl-2014 fil-Kampjonat Ewropew tal-UEFA ta’ taħt is-17-il sena, meta dakinhar kellu 15-il sena biss.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Sliema Wds…………..1 Gudja Utd…..………..1 Wara 6 minuti logħob kross ta’ Juri Cisotti, pero’ minn taħt il-lasta ta’ Gudja, Jean Paul Farrugia naqas li jikkonkludi għal ġewwa….

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Balzan……….0 Valletta……..2 Valletta ħadu t-tieni rebħa minn erba’ logħbiet fil-Kampjonat BOV Premier, meta fit-tieni logħba tas-Sibt filgħaxija fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-0. Kienet…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Hibernians……..2 Senglea A……….1 Hibernians laħqu lill-istess Senglea Athletic fil-klassifika tal-kampjonat BOV Premier, meta fl-ewwel logħba tas-Sibt fl-Istadium Nazzjonali, huma ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, anke jekk…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Ħamrun S……..4 Sirens…………..0 Fl-14 -il minuta xutt fil-baxx ta’ Emmanuel Okoye kien salvat tajjeb minn Jean Claude Debattista. Minuta wara Ħamrun wieġbu b’xutt ta’ Jorge Soares…

Aktar