Futbol internazzjonali
Futbol lokali: Napoli b’ċans tajjeb li jiġu f’pajjiżna għal training camp ukoll

Wara l-aħbar li żvela TVM Sport ftit tal-jiem ilu tal-possibbiltà tajba li AC Milan jiġu f’Malta għal training camp wara l-Milied, issa fl-Italja ħarġet l-aħbar li anki t-tim ta’ Napoli jista’ jagħmel dan, proprju fl-istess perjodu.

Carlo Ancelotti, kowċ ta’ Napoli, kien għamel dan mat-tim ta’ Milan fl-istaġun 2006/7 u minn hawn baqa’ sejjer biex rebaħ il-UEFA Champions League.

U skont il-Gazzetta Della Sport, il-moħħ wara dan it-training camp mhu ħadd ħlief Ancelotti nnifsu li qed jara f’Malta l-possibbiltàli t-tim tiegħu jerġa’ jsib il-forma li ilu nieqes minnha għal dawn l-aħħar ġimgħat.

Jekk dan iseħħ, ikun ifisser li f’pajjiżna jista’ jkollna tliet timijiet kbar fl-istess żmien; Napoli, Milan u anki Manchester United li ilhom jissemmew għal dawn l-aħħar jiem li jistgħu jorganizzaw traning camp f’Malta wkoll.

Għadu mhux magħruf jekk l-MFA hux se tkun qed torganizza xi tournament bejn dawn it-timijiet u eventwalment iddaħħal xi klabbs Maltin magħhom, kif kien sar xi ftit tas-snin ilu meta f’Malta kien hawn il-Catania u t-Torino. Dakinhar kienu lagħbu magħhom Qormi FC u Hibernians FC.

Malta ilha tattira klabbs kbar mill-Ewropa għal dawn l-aħħar snin li jiġu hawn għal ftit jiem qabel ma jerġa’ jibda l-kampjonat f’pajjiżhom.

Fil-perjodu ta’ bejn Diċembru u Jannar, it-temperatura f’pajjiżna tkun waħda tajba ħafna meta kkumparata ma’ pajjiżi oħra kesħien bħall-Italja u l-Ingilterra.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Sassuolo 1   Perugia 2 Diżappunt għal Sassuolo fil-Coppa Italia meta fir-Round tas-16 tilfu kontra Perugia 2-1. Sal-ewwel 17-il minuta Perugia kienu diġa’ 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Mazzocchi u Nicolussi….

Futbol internazzjonali

Liverpool 5   Everton 2 Liverpool rebħu d-derby ta’ Merseyside meta f’Anfield għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 5-2. Ir-Reds fetħu żewġ gowls vantaġġ permezz t’Origi u Shaqiri, b’Keane jnaqqas id-distakk fil-21…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin f’kummenti lill-media qal li se jkun qed iniedi proposta biex offside ta’ bejn 10 jew 20 ċentimetru jibda tiġi ttolerata wara li r-referee ikun ra l-azzjoni…

Futbol internazzjonali

Itellgħu l-poloz tal-fażi tal-gruppi għat-Tazza Amerika magħrufa bħala Copa America 2020. L-Awstralja se jkunu fl-istess grupp tal-Arġentina filwaqt li ċ-champions Ażjatiċi l-Qatar se jilagħbu kontra l-Kolumbja u l-Brażil rispettivament. L-Ospiti…

Aktar