Futbol lokali
Futbol Lokali: Numru ta’ miżuri se jiġu rilaxxati f’Novembru li ġej

Il-Bord Eżekuttiv tal-Malta Football Association approva numru ta’ bidliet fil-proċeduri relatati mal-protokoll tagħha dwar il-COVID-19. L-assoċjazzjoni analizzat sew il-bidu tal-kompetizzjonijiet domestiċi u wara approċċ sostenibbli u pożittiv fl-ewwel ġranet ta’ logħob, tinsab f’pożizzjoni li tirrilaxxa xi restrizzjonijiet li kienu għadhom b’effett mill-bidu ta’ dan l-istaġun.

Fost dawn il-miżuri ta’ rilaxx, minn Novembru se jkun hemm żieda fin-numru ta’ partitarji li jistgħu jidħlu fi stadiums żgħar fosthom is-Centenary Stadium u t-Tony Bezzina Stadium. Fuq kollox, se jkunu jistgħu jintużaw ix-xawers wara l-logħbiet fil-livell tal-kbar kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa kif ukoll il-ftuħ tal-biljetteriji f’kull livell tal-kampjonati nazzjonal tal-kbar dakinhar tal-logħob.

 

 

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'