Futbol lokali: Paul Zammit jagħti l-verżjoni tiegħu dwar kif ġraw l-affarijiet bejnu u bejn Birkirkara FC

L-ex-coach ta’ Birkirkara Paul Zammit ta l-verżjoni tiegħu ta’ kif ġraw l-affarijiet bejnu u bejn il-club minn Ottubru li għadda s’issa.

Fi stqarrija mibgħuta lill-media mill-konsulent legali tiegħu, Zammit jgħid li f’Ottubru, tliet xhur wara li ffirma kuntratt ġdid ta’ tliet snin mal-club, huwa ntalab jikkunsidra li jirriżenja, iżda huwa rrifjuta.

Minn dakinhar skont huwa, l-istaff tekniku tiegħu, u l-iskwadra tħallew waħedhom: u minkejja li r-riżultati bdew ġejjin, fi tmiem l-ewwel round f’Diċembru il-club qabad u neħħa players u ġab oħrajn ġodda mingħajr konsultazzjoni miegħu.

Zammit ikompli jgħid li f’Jannar il-club ħatar lil John Arne Riise bħala direttur tekniku u għarrfu li kellu joqgħod għall-ordnijiet tiegħu, minkejja li huwa kien il-head coach u allura kien ifisser ksur kuntrattwali, inkella jitlaq. Zammit m’aċċettax li jitlaq u bi qbil mal-club ġie skużat milli jattendi t-training tal-iskwadra.

Fl-istess żmien Zammit offra lill-club li jitħallas tal-ewwel sena tal-kuntratt, u jaħfer is-sentejn l-oħra, biex il-kuntratt ikun jista’ jiġi terminat: imma l-offerta ma ġietx ikkunsidrata mill-club. Zammit jgħid fl-istqarrija li tentattivi oħra għal soluzzjoni amikevoli ġew injorati mill-club sakemm ma kienx fadallu għażla ħlief li fi Frar iressaq ilment lill-MFA.

L-ilment intlaqa’ u l-club ġie ordnat jagħti lil Zammit kumpens sħiħ: bid-deċiżjoni tkun konfermata dax-xahar wara appell mill-club.

Paul Zammit jistqarr li jiddispjaċih li kellu jasal x’hawn u jagħmilha ċara li huwa m’għandu xejn kontra l-club iżda biss kontra xi individwi fl-amministrazzjoni. Jgħid ukoll li wara li baqa’ kwiet dawn ix-xhur kollha b’rispett għall-players, staff u partitarji: ħass li kellu jitkellem biex jiddefendi r-reputazzjoni tiegħu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Logħba derby bejn Olimpia u Motagua fil-kampjonat Nazzjonali tal-Honduras kienet fatali għal tliet partitarji li tilfu ħajjithom meta nqalgħu diversi inċidenti qabel il-logħba bejn iż-żewġ settijiet ta’ partitarji. Il-ġlied beda saħansitra…

Sparar

Riżultat tajjeb għal William Chetcuti fid-dixxiplina tat-trap waqt it-Tazza tad-Dinja tal-ISSF li saret f’Lahti, l-Finlandja. Kienu b’kollox 473 atleta minn 76 nazzjon li ħadu sehem f’diversi dixxiplini f’din l-edizzjoni. Dawn kollha…

Futbol internazzjonali

Fil-partita li ntlagħbet kmieni llum, Arsenal għelbu lil Burnley bi skor ta’ 2-1. Lacazette fetaħ l-iskor fit-13-il minuta u Barnes ġab il-gowl tad-draw żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-Gunners…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Aktar