Futbol lokali
Futbol lokali: Pembroke Athleta jippreżentaw il-plejers u l-coaching staff

Pembroke Athleta FC preżentaw il-plejers il-ġodda kif ukoll il-coaching staff tagħhom għal dan l-istaġun.

Il-President tal-klabb Alex Calleja beda billi rringrazzja lill-ex kowċ Joseph Grech tas-servizz li ta lill-klabb u lil Jacques Scerri li bħala konsulent tekniku kien u għadu responsabbli mis-settur kollu tan-nursery.

Il-President Calleja qal li l-Kumitat għandu fiduċja sħiħa fil-kowċ preżenti Brian Spiteri li se jkollu miegħu lil Jeffrey Mifsud bħala assistant coach u lil Mike Tabone bħala kowċ tal-goalkeepers.

Il-President ta’ Pembroke Athleta FC qal li ġab lill-plejer spanjol Vallecillo Casado Eduardo u lill-Brażiljan Oliveira Santos Joao Pedro fejn ingħaqdu mal-barranin l-oħra Gustavo Da Silva u Moacir Williamsen.

Alex Calleja qal li l-klabb akkwista wkoll is-servizzi tal-plejers Maltin b’self lill-goalkeeper Philip Schranz mingħand Birkirkara u lid-difensur Aidan Mizzi mingħand Melita. Il-President qal li jinsab fiduċjuż li dawn se jsaħħu sew l-iskwadra li hi bbażata fuq plejers żgħażagħ kif ukoll dawk bl-esperjenza mmexxijin mill-captain Jean Pierre Mifsud Triganza.

Il-klabb ta’ Pembroke Athleta FC ta wkoll ir-release liż-żewġ goalkeepers Antonio Chetcuti u lil Ryan Marmara kif ukoll lil barrani Maxim Focsa li mar jilghab ma’ klabb fil Moldova.

Il-President Calleja rringrazzja lill-isponsors GO FUN għall-energy drinks, lill-General Soft Drinks għall-ilma u lill-FullMarks bil-kits Joma għall-iskwadri  tat-tim tal-kbar kif ukoll dawk tal-minors .

Alex Calleja għalaq il-konferenza billi stieden lil kulħadd għall-fundraising activity li se ssir il-Ħadd 17′ ta’ Frar 2019 fil-grounds ta’ Pembroke biex kulħadd jagħti l-għajnuna lil tifel minn nursery li bħalissa għaddej minn trattament intensiv għall-marda li ħakmitu. Din l-attività se ssir bejn l-10.00 u s-1.00pm.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Balzan…….. 2 Sliema …….1 Logħba li kellha bidu eċċellenti bit-team ta’ Balzan jirnexxielu jaħsad lit-team Slimiż tant li f’inqas minn 13 -il minuta kien qed igawdi żewg goals vantaġġ, min…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Valletta………….1 Tarxien …………0 Gowl ferm sabiħ ta’ Miguel Angel Alba kien biżżejjed sabiex Valletta jegħlbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 1-0. Dawn it-tliet punti kienu fundamentali…

Futbol lokali

Mill-Kampjonat BOV tal-ewwel diviżjoni illum tliet logħbiet fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali fejn bid-draw li ħadu llum Sirens ġew dikjarati matematikament Champions tal-ewwel diiviżjoni fejn iktar qabel kienu diġa’ ġew promossi….

Futbol lokali

KAMPJONAT OV PREMIER 2018/19 Pietà H……….0 Ħamrun S…..2 Fl-ewwel logħba fil-Hibernians Stadium, Pietà Hotspurs tilfu kontra Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-0, biex b’hekk huma l-ewwel tim relegat għall-Ewwel Diviżjoni. Min-naħa…

Aktar