Futbol lokali
Futbol lokali: Pietá Hotspurs FC jirbħu l-finali tan-KO U17 u jagħmlu ‘double’

Pietà Hotspurs FC għelbu lil Floriana FC fil-finali tan-Knock Out li ntlagħbet ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun bi skor ta’ 3-1.

B’din ir-rebħa, t-tim tal-Hotspurs reġa’ ta prova li hu l-aqwa tim ta’ Malta fil-preżent.

Il-gowls ta’ Pietà fil-partita tal-bieraħ ġew skurjati minn Zeen Leonardi, Neil BUttigieg u Kurt Briffa.

Pietà Hotspurs FC rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-17-il sena ta’ Section A filwaqt li Floriana FC rebħu dak ta’ Section B.

B’hekk, b’din ir-rebħa, Pietà Hotspurs FC, rebħu d-double għal dan l-istaġun.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

TVMSport se jxandar dirett iċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru għada Fuq il-Fosos mill-club ta’ Floriana għar-rebħ tal-kampjonat BOV Premier. Iċ-champions għal dan l-istaġun se jiġu ppreżentati bit-Tazza tal-Kampjonat f’ċeremonja taħt il-monument…

Futbol lokali

Robert Micallef inħatar President ta’ Santa Lucia, il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier. Micallef se jkun qed jibdel lil Martin Agius, li kien il-President li taħt it-tmexxija tiegħu, it-tim ġie promoss għall-ogħla…

Futbol lokali

Iż-żgħażugħ ta’ 26 sena Daniel Zerafa laħaq ftehim ma’ Tarxien Rainbows biex għall-staġun ieħor jerġa jifforma parti mill-iskwadra. Fil-karriera tiegħu, apparti ma’ Tarxien Rainbows huwa lagħab ma’ Birkirkara u Hamrun…

Futbol lokali

Gżira United ħabru żewġ akkwisti oħra fl-aħħar sigħat bil-plejers li se jkunu parti importanti mill-iskwadra tagħhom għal staġun ieħor. Ricardo Correa reġa’ ngħaqad mal-Maroons u ffirma kuntratt ta’ tliet snin…

Aktar