Futbol lokali
Futbol lokali: Possibbiltà li Triston Caruana jkompli l-istaġun fl-Italja

Triston Caruana, il-captain ta’ Hamrun Spartans FC, jista’ jkompli l-istaġun fl-Italja.

TVM Sport jinsab infurmat li fl-aħħar sigħat, il-klabb Ħamruniż irċieva l-aħbar li żewġ klabbs mill-kampjonat Lega Pro fl-Italja, huma interessati fis-servizzi tal-midfielder Malti.

Jidher li dan il-kuntatt sar ma’ Gaetano Farrugio, id-Direttur Tekniku tal-klabb, li min-naħa tiegħu għad irid jitkellem mal-kowċ Giovanni Tedesco u mal-plejer innifsu.

Caruana hu plejer fundamentali għal Hamrun Spartans u qed ikollu wirja aqwa minn oħra fil-kampjonat BOV Premier. Madankollu, fl-aħħar xhur, il-plejer naqas li jsib post fit-tim nazzjonali Malti.

Jekk dan it-transfer iseħħ, jista’ jkun li jkun wieħed permanenti jew b’self sal-aħħar tal-istaġun.

TVM Sport jinsab infurmat li kollox jista’ jkun konkluż sa ġimgħatejn oħra, wara l-partita tas-17 ta’ Novembru kontra Valletta FC, li tkun it-13-il partita tal-kampjonat u tagħlaq l-ewwel rawnd għal Hamrun Spartans FC.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex President ta’ Floriana FC, uża l-paġna personali tiegħu ta’ facebook biex dalgħodu kiteb messaġġ lill-partitarji kollha tal-klabb. F’dan il-messaġġ, Said qal li fl-aħħar xhur, ġimgħat u jiem, diversi partitarji…

Futbol lokali

Ftit tal-ħin ilu, Hibernians FC ħadu aħbar xejn sabiħa. L-attakkant internazzjonali Jurgen Degabriele għandu l-kumplament tal-istaġun barra, u possibbilment aktar, wara li qata’ l-ligamenti tal-cruciate u se jkollu bżonn intervent mediku…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 GZIRA UTD……..1 B’KARA FC………1 Għal din il-partita l-Maroons kienu taħt it-tmexxija tal-kowċ Jesmond Zerafa li f’dawn l-aħħar ġranet ħa post Darren Abdilla, filwaqt li Naumovski reġa’…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Pieta …..……….0 Balzan.…………3 Fit-tmintax –il ġurnata tal-kampjonat Premier Balzan kisbu tlett punti mportanti wara li għelbu lil Pieta bl-iscore ta’ 3-0 u hija l-ewwel rebħa taħt…

Aktar