Futbol lokali
Futbol lokali: Qormi FC…kważi fatta; Mario Muscat se jkun il-kowċ il-ġdid

Mario Muscat huwa viċin ħafna li jingħaqad ma’ Qormi FC.

Jidher li l-aħħar żviluppi fil-kamp Pawlist u Qormi jikkonfermaw li l-plejer ħa d-deċiżjoni tiegħu li jingħaqad ma’ Qormi u jwaqqaf il-kuntratt li kellu ma’ Hibernians.

Jidher li Qormi laħqu ftehim ma’ Muscat li min-naħa tiegħu se jkunu qed jinżel fuq il-bankina ta’ Hibernians bħala l-gowlkipers coach tat-tim għall-aħħar partita tiegħu l-Ħadd li ġej kontra Birkirkara li tintlagħab fl-4.00pm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta Qali.

Qormi jinsabu mingħajr kowċ wara r-riżenja ta’ Brian Spiteri t-Tnejn li għadda.

Mario Muscat hu parti importanti mill-Istorja ta’ Hibernians u tat-tim nazzjonali Malti u fost l-aqwa gowlkipers ta’ dawn l-aħħar snin f’pajjiżna.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Wara telfa minima u draw, tasal ukoll ir-rebħa għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-kategorija. Ir-rebħa ta’ 2-1 ġiet fl-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Litwanja:…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi minn Silvio Vella tilef it-tieni logħba ta’ ħbiberija kontra l-Albanija bl-iskor ta’ 3-2. Fl-ewwel logħba kontra l-Albanija tlett ijiem ilu Malta kienet…

Futbol lokali

Magħrufa s’issa tliet semifinalisti tan-knockout tal-1 diviżjoni tal-Gozo Football Association. Xewkija Tigers għaddew mal-aħħar erbgħa b’rebħa ta’ 3-1 fuq Kerċem Ajax. Xewkija tnejn minn fuq fl-ewwel taqsima b’goals ta’ Shaun…

Futbol lokali

Illejla mistennija risposta mit-team nazzjonali Malti kontra l-Gżejjer Faroe fl-aħħar partita tal-grupp kontra l-Gżejjer Faroe. L-aspettattiva għall-partita hija qawwija wara d-disfatta tas-Sibt mal-Kosovo: b’xejn inqas minn rebħa ma tissodisfa lill-kritiċi…

Aktar