X

Futbol Lokali: Ramon Zammit m’għadux coach ta’ Pietà Hotspurs

Ramon Zammit m’għadux il-coach ta’ Pietà Hotspurs. L-aħbar ħarġet ftit tal-ħin ilu fejn kien Zammit stess li kiteb fil-media soċjali li m’għadux fit-tmexxija tal-Hotspurs. Ramon Zammit ħa lit-tim f’idejh żewġ staġuni ilu fejn mill-ewwel kien għenhom jiġu promossi għall-Kampjonat Premier. Għalkemm f’dan l-istaġun il-Hotspurs reġgħu spiċċaw relegati għall-Ewwel Diviżjoni, Zammit saħaq li matul l-istaġun intlaħqu tragwardi importanti, fosthom li players żgħażagħ ingħataw iċ-ċans li jilagħbu fil-Premier.

Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li ħadem magħhom matul dawn is-sentejn, Ramon Zammit jinsab lest għall-isfida li jmiss u s’issa għadu mhemm xejn ċert fejn ser ikun il-futur ta’ dan il-coach.