Futbol lokali
Futbol lokali: Roderick Briffa lura ma’ Birkirkara FC

Roderick Briffa, il-midfielder nazzjonali Malti ta’ 37 sena, se jerġa’ jsir plejer ta’ Birkirkara fis-sigħat jew il-jiem li ġejjin.

TVM Sport jista’ jikkonferma li Briffa laħaq ftehim ma’ Birkirkara FC dwar kuntratt ta’ sena li possibbilment jista’ jiġġedded ukoll.

Fl-aħħar staġuni, Briffa kien parti importanti fit-tim ta’ Gżira United FC.

Briffa hu wieħed mill-iktar plejers tekniċi li ħarġu minn pajjiżna f’dawn l-aħħar snin b’karriera twila warajh mat-tim nazzjonali Malti.

B’hekk, wisq probabbli, Briffa se jkun qed itemm il-karriera tiegħu ma’ raħal twelidu u mal-klabb li beda.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

‘Forward Together’…’Flimkien ’il Quddiem’, hu l-isem tal-kampanja ta’ Bjorn Vassallo, kandidat għall-elezzjoni ta’ President tal-Malta Football Association, li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju li ġej. F’konferenza ta’…

Futbol lokali

Ir-referee Malti Trustin Farrugia Cann ġie promoss għal Kategorija 2 fuq il-Panel tal-FIFA. Farrugia Cann isieħeb lir-referee lokali l-ieħor Alan Mario Sant f’din il-kategorija li tfisser li jistgħu jikkontrollaw partiti…

Futbol lokali

Aktar transfer hekk kif Floriana wkoll bdew jiċċaqalqu bl-akkwisti kkordinati mill-President Riccardo Gaucci li ftit jiem ilu reġa’ ġie konfermat fil-kariga mill-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Greens. Floriana kkonfermaw l-akkwist ta’ Augusto…

Futbol lokali

Ikomplu l-akkwisti ta’ aktar players barranin mill-Club ta’ Balzan hekk kif dawn iffirmaw lill-attakkant mis-Serbja Stefan Dimic. Dimic, għandu 26 sena, u fil-passat lagħab mat-teams tal-Youths u anke ta’ taħt…

Aktar