Futbol lokali
Futbol lokali: Ronaldinho…possibbiltà li Birkirkara FC jagħmlu ‘l-akkwist tas-seklu’

Birkirkara għandhom ċans tajjeb li fil-jiem li ġejjin jiffirmaw magħhom lil-leġġenda mill-Brażil, Ronaldinho.

TVM Sport jinsab infurmat li l-klabb Malti qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-aġent tal-plejer u ma’ persuni oħra viċin tiegħu li jistgħu jikkonvinċuh jiġi jilgħab għal mill-inqas staġun f’Malta.

Ronaldinho għandu 39 sena u bħalissa involut biss fil-futsal.

Fil-karriera tiegħu, Ronaldinho lagħab ma’ diversi timijiet fosthom Paris St Germain, Barcelona u Milan.

Ronaldinho lagħab ukoll 97 logħba mat-tim nazzjonali Brażiljan li fihom skurja 33 gowl.

Mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu, Ronaldinho rebaħ it-Tazza tad-Dinja, fl-2002.

Dan qed ikun meqjus bħala ‘l-akkwist tas-seklu’ għall-klabb Karkariż u anki għall-futbol Malti.

Ronaldinho diġà qed jitqies bħala possibbilment l-aqwa plejer barrani ta’ kull żmien li se jkun lagħab fil-Kampjonat Premier Malti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Aktar