Futbol lokali
Futbol lokali: SS Monza b’ġurnata oħra ta’ taħriġ f’Malta

Il-klabb Taljan ta’ SS Monza kompla għaddej bit-‘training camp’ tiegħu f’pajjiżna bi tħejjija għall-kumplament tal-kampjonat tagħhom.

SS Monza, immexxijin mill-ex plejer ta’ AC Milan, Cristian Brocchi, ġew f’Malta t-Tnejn li għadda u mistennija jmorru lura fl-Italja l-Ħadd filgħodu.

F’kumment li ta lil TVM Sport, Brocchi qal li jinsab kuntent li qegħdin jagħmlu dan it-‘training camp’ f’pajjiżna li se jservihom għall-kumplament tal-istaġun.

SS Monza jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra Hamrun Spartans FC, is-Sibt fil-17.00, fil-Hibernians Stadium f’Kordin.

SS Monza jinsabu fit-12-il post tal-klassifika ta’ Grupp B tal-kampjonat Serie C.

L-intervista sħiħa ma’ Cristian Brocchi tistgħu ssegwuha fl-aħbarijiet tal-lejla fuq TVM fit-20.35 u fil-programm TVM Sport fuq TVM2 mid-20.45 ‘il quddiem.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Aktar