Futbol Lokali – Is-suq tat-trasferimenti jiftaħ nhar it-Tnejn …. “deċiżjoni stramba”

Futbol Lokali

It-Tnejn filgħodu jiftaħ uffiċjalment is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar fejn fl-uffiċini tal-MFA jistgħu jibdew jidħlu l-ewwel reġistrazzjonijiet.

Nies qrib sew tal-futbol lokali li dal-għodu tkellmu ma’ TVM Sport iddeskrivew din id-deċiżjoni bħala waħda stramba, madankollu kienu l-klabbs innifsihom li ddeċidew li s-suq jiftaħ nhar it-Tnejn li gej minflok illum.

Deċiżjoni stramba anke fid-dawl tal-fatt li fl-Ewropa kollha s-suq tat-trasferimenti fetaħ propju llum, il-Ġimgħa 2 ta’ Jannar.

Iktar qabel ..

Sadanittant fost l-ewwel reġistrazzjonijiet li mistenija jaslu nhar it-Tnejn fl-uffiċini tal-MFA hemm dawk ta’ Bojan Kaljevic li issa se jsir player ta’ Balzan u dik ta’ Yannick Ossock li iffirma ma’ Mosta. Reġistrazzjonijiet oħra mistenija jagħmluhom Tarxien li se jkunu qed jirreġistraw żewġ spanjoli kif ukoll Naxxar li se jdaħħlu r-reġisrazzjoni ta’ Jorge Santos Silva.

Reġistrazzjoni li se tidħol matul l-ewwel jum tas-suq tat-trasferimenti se tkun dik tat-taljan Paltemio Barbetti li issa se jilgħab ma’ Żebbuġ Rangers. Żebbuġ mistenija wkoll idaħħlu r-reġistrazzjoni tal-Rashid Oladobe Alao Yussuff.

Miktub minn...
Rodney Vassallo