Futbol lokali
Futbol lokali: Telfa ta’ 4-0 għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa U16 kontra l-Iskozja

Telfa ta’ 4-0 għat-team nazzjonali Malti tal-football tat-tfajliet taħt is-16-il sena mal-Iskozja fl-ewwel partita f’development tournament tal-UEFA li qed jintlagħab hawn Malta stess.

It-tfajliet Maltin qasmu l-logħob mal-avversarji fl-ewwel taqsima imma sofrew tliet goals li prattikament għalqu l-partita. L-ewwel wieħed skurjatu Hannah Robinson: u ftit wara Haley Bugeja falliet ċans tad-deheb li ġġib id-draw meta tefgħet barra wara li qabżet il-goalkeeper.

Anke Weir falliet għall-Iskoċċiżi b’lasta beraħ quddiemha: imma l-istess player għamlithom 2-0 minn penalty għal handball fil-kaxxa. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima: Sophia Martin approfittat minn żball fid-difiża u tefgħet wara l-goalkeeper Maya Cachia.

Ir-raba’ goal wasal seba’ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima minn Emma Watson wara nuqqas ta’ ftehim ieħor fid-difiża.

It-tfajliet Maltin issa jmisshom kontra Ġibiltà nhar il-Ħadd: qabel l-aħħar partita kontra l-Ażerbajġan l-Erbgħa.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar