Futbol lokali
Futbol Lokali: Thane Micallef m’għadux kowċ ta’ Pembroke Athleta

Thane Micallef m’għadux aktar il-kowċ ta’ Pembroke Athleta.

Micallef stess ħabbar id-deċiżjoni fil-media soċjali fejn irringrazzja lil kull min kien involut fi ħdan il-klabb matul dan l-istaġun fosthom il-president Alex Calleja, l-istaff tekniku u l-plejers. Taħt it-tmexxija tiegħu, Pembroke sofrew biss telfa waħda minn 22 partita fiċ-Challenge League u kienu fit-tieni post tal-klassifika wara Marsa meta twaqqaf l-istaġun f’Marzu.

Micallef għadu kemm kiseb il-liċenzja UEFA Pro.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'