Local Sports
Futbol Lokali: Tim U/19 f’żewġ logħbiet kontra San Marino

Test doppju fil-jiem li ġejjin għat-team nazzjonali tal-football ta’ taħt id-19-il sena.

It-team immexxi mill-coach Andrea Tedesco u l-assistent tiegħu Stefano Grima se jilgħab kontra San Marino darbtejn: għada fis-6.30pm, imbagħad mill-ġdid nhar il-Ġimgħa filgħodu.

Iż-żewġ partiti ta’ ħbiberija se jintlagħbu fis-Centenary Stadium.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.