Futbol lokali
Futbol lokali: Titneħħa s-sospensjoni ta’ 6 partiti lil Elkin Serrano Valero ta’ Balzan FC

Id-difensur ta’ Balzan Elkin Serrano Valero, kellu s-sospensjoni ta’ sitt partiti, revokata.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Malta Football Association.

Serrano Valero tkeċċa fl-aħħar partita tal-kampjonat BOV Premier fit-telfa ta’ 5-1 kontra Hibernians.

Balzan appellaw minn din is-sospensjoni u l-Bord tal-Appelli tal-MFA, permezz tal-evidenza tal-filmati, sabu lill-plejer mhux ħati tal-akkużi.

Il-plejer kien diġà tilef il-partita mill-kwarti tal-finali tal-FA Trophy kontra Tarxien Rainbows.

Għaldaqstant, il-plejer jista’ jilgħab fis-semifinali tal-FA Trophy ta’ tmiem il-ġimgħa li ġejja kontra Birkirkara.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Mosta………1 Birkirkara..1 B’Kara FC baqgħu bla rebħa wara 4 logħbiet meta ġew miżmuma fi dro ta’ 1-1 minn Mosta FC. Wara 6 minuti logħob xutt ta’…

Futbol lokali

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. S’issa, it-tim promoss ta’ Sirens flimkien ma’ Senglea A. u Floriana jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, kollha b’7 punti,…

Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Aktar