X

Futbol lokali: Tliet plejers ta’ Fgura United FC b’esperjenza ta’ taħriġ fl-Italja

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja professjonali ta’ Robur Siena, klabb li jilgħab fil-Lega Pro Taljana.

Dawn iż-żgħażagħ tgħallmu kif tkun il-ħajja ta’ plejer professjonali, billi għexu flimkien fl-istess akkomodazzjoni b’mod indipendenti.

Filwaqt li wara nofsinhar kellhom is-sessjonijiet ta’ taħriġ mal-akademja, matul il-ġurnata huma kellhom iċ-ċans jagħmlu x-xogħol tal-iskola, jduru l-belt pittoreska ta’ Siena u jattendu għal-laqgħat informali mal-coaches tal-istess akkademja.

Din l-esperjenza saret possibbli xahar biss wara li l-Vici President tal-club Larkin Bonniciu d-Direttur Tekniku Claude Chetcuti telgħu l-Italja biex jiffirmaw dan il-ftehim fejn fil-futur qrib ħa jwassal biex iktar tfal ta’ Fgura United FC ikollom esperjenzi barra minn xtutna.