Futbol lokali
Futbol lokali: Xokk kbir għal Hibernians FC u Jurgen Degabriele…staġun u aktar barra!

Ftit tal-ħin ilu, Hibernians FC ħadu aħbar xejn sabiħa. L-attakkant internazzjonali Jurgen Degabriele għandu l-kumplament tal-istaġun barra, u possibbilment aktar, wara li qata’ l-ligamenti tal-cruciate u se jkollu bżonn intervent mediku barra l-pajjiż.

Degabriele weġġa’ waħdu meta waħlitlu saqajh f’azzjoni mingħajr il-ballun li kellu s-Sibt li għadda kontra St Andrews FC fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

Esperti fix-xena medika li tkellmu ma’ TVM Sport qalu li jista’ jkun li l-injury hi gravi ħafna minħabba l-fatt li l-pitch kien iebes u ma xxarrabx qabel il-partiti.

B’referenza għal dan, l-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-MFA qal li l-pitch tas-Centenary Stadium hu ċċertifikat FIFA Quality Pro u dan iċ-certifikat jiġġedded kull sena wara testijiet stretti.

L-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni qal li dawn it-testijiet isiru fuq pitch mhux imxarrab: u għalkemm rakkomandata waqt li manutenzjoni li ssir b’mod regolari, il-water irrigation mhix obbligatorja. Il-pitch jixxarrab aktar spiss fit-temperaturi għoljin tas-sajf.

TVM Sport jinsab infurmat li Hibernians se jkunu qed jibagħtu lill-attakkant tagħhom biex jagħmel din l-operazzjoni f’Ruma, fl-Italja, malajr kemm jista’ jkun.

Hi xi ħaġa kważi ċerta li Degabriele se jitlef il-kumplament ta’ dan l-istaġun u wisq probabbli parti mill-istaġun li jmiss sakemm jirkupra sew.

TVM Sport jawgura lil Jurgen Degabriele li jkollu ritorn ta’ malajr fil-futbol Malti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Pietà Hotspurs FC għelbu lil Floriana FC fil-finali tan-Knock Out li ntlagħbet ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun bi skor ta’ 3-1. B’din ir-rebħa, t-tim tal-Hotspurs reġa’ ta prova li hu…

Futbol lokali

Football lokali: Il-Kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia illum sejjaħ skwadra provizorja għal-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Euro 2020 kontra l-Iżvezja u r-Rumanija rispettivament. It-tim Malti ser jilgħab barra minn darna…

Futbol lokali

FINALI KO MAFA 2018-19 Versity AFC irnexxielhom jiksbu double storiku fil-MAFA meta rebħu l-kompetizzjoni Knock-Out kontra r-rivali Valletta St Pauls bl-għoti tal-penalties. Wara li ġimgħa ilu t-tim minn Tal-Qroqq rebħu…

Futbol lokali

Finali FA Trophy 2018/19 Balzan…….2 Valletta……2 (Balzan jirbħu 5-4 (9-8) wara l-penalties) Wara biss 30 sekonda logħob xutt mid-distanza ta’ Ivan Bozovic u Henry Bonello bl-għajnuna ta’ sħabu dawwar il-ballun…

Aktar