Futbol lokali
Futbol lokali: Yau-Mun Law jinħareġ mill-isptar, lura d-dar mal-familja

Il-plejer ta’ St Venera Lightnings, Yau-Mun Law, inħareġ mill-isptar u jinsab lura d-dar mal-familja.

TVM Sport jista’ jikkonferma din l-aħbar li wkoll dehret uffiċjalment fuq il-paġna ta’ facebook tal-klabb.

Is-saħħa ta’ Law qalbet għall-aħjar u nħareġ minn kull periklu li jista’ jitlef ħajtu.

Law mistenni jkompli r-rikoverazzjoni tiegħu d-dar.

Il-captain ta’ St Venera Lightnings FC waqgħa ħabta u sabta fl-art isofri minn attakk tal-qalb qawwi waqt il-partita futbol tal-kampjonat kontra Gudja United.

Għadu mhux magħruf jekk Mun Law hux se jkompli bil-karriera tiegħu ta’ plejer tal-futbol jew jekk hux se jkollu jirtira.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Aktar