Futbol internazzjonali
Futbol Olandiż: Is-Sindku ta’ Nijmegen jitlob investigazzjoni

Is-sindku ta’ Nijmegen Hubert Bruls talab għall-investigazzjoni immedjata wara inċident xejn sabiħ li ġara fil-Goffert Stadium waqt il-logħba mill-Eredivisie Olandiża bejn NEK Nijmegen u Vitesse Arnhem.

Hekk kif Vitesse skorjaw il-gowl tal-vantaġġ, bosta partitarji ta’ dan it-tim bdew jaqbżu bil-ferħ. Ġara iżda li parti żgħira mill-istand fejn kienu jinsabu dawn l-istess partitarji kkrolla u ħoloq xi ftit tal-periklu. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident għalkemm l-istess Brul qal li l-affari setgħet ġiet agħar.
Sadanittant madwar 35 partitarju jidher li waqgħu wara ċeda din il-parti tal-istand.

Baden Fredriksen skorja l-uniku gowl tal-partita sabiex ta t-tliet punti importanti lil Vitesse li issa qed jokkupaw is-sitt post tal-klassifika.

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'