Futbol internazzjonali
Futbol Taljan: Juventus jegħlbu lil Inter sabiex jittamaw fil-UEFA Champions League

Juventus kisbu rebħa prezzjuża sabiex żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League meta fl-Allianz Stadium huma għelbu liċ-champions il-ġodda Inter bl-iskor ta’ 3-2.

Juventus marru fil-vantaġġ fl-24 minuta b’gowl skurjat minn Cristiano Ronaldo wara li kellu l-ewwel tentattiv tieghu mill-ħdax il-metru salvat minn Handanovic. Inter kisbu l-gowl tad-draw għaxar minuti minn tmiem l-ewwel taqsima minn penalty tal-Belgjan Romelu Lukaku.Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima l-Bianconeri mill-ġdid fil-vantaġġ b’gowl spettakolari minn xutt devjat ta’ Cuadrado.

Fil-85 minuta Inter kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ auto gowl ta’ Chiellini. Izda minkejja li b’raġel anqas dan wara li kien tkecca Bentancur, fit-88 minuta huma ngħataw it-tieni penalty li ġie skurjat minn Cuadrado.

Lejn it-tmiem tkecca ghal Inter Brozovic.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'