Futbol internazzjonali
Futbol Taljan: Mihajlovic jirritorna jmexxi lil Bologna minkejja li għadu rikoverat fl-isptar

Is-segwaċi sportivi b’mod partikolari dawk dilettanti tal-futbol Taljan ammiraw mhux ftit il-preżenza tal-kowċ ta’ Bologna Sinisa Mihajlovic li kien qed imexxi lit-tim tiegħu, xahar u nofs wara li ħabbar li kien qed ibati mill-marda tal-lewkimja. Fil-verita’ aktar qabel, hu wiegħed lill-plejers tiegħu li kien se jkun preżenti fi Stadio Marcantonio Bentegodi fejn Bologna ġew dro ta’ 1-1 barra minn darhom kontra Verona.

Matul id-90 minuta, Mihajlovic għamel ħafna mill-ħin tiegħu bilqiegħda fuq il-bank tas-sostituti fejn ħalla kollox f’idejn l-assistent kowċ Miroslav Tanjga. Madankollu kien hemm xi mumenti fejn qam minn fejn kien u mar jagħti l-istruzzjonijiet tipiċi tiegħu. Kien proprju fit-92 minuta li huwa ħalla l-grawnd sabiex jerġa’ jirritorna l-isptar fejn jinsab rikoverat.

Mihajlovic ingħata permess speċjali mit-tobba sabiex jattendi għal din il-partita u bħalissa għaddej mit-trattament sabiex ikun jiġi kkurat mill-marda tal-lewkemja.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakant tas-Senegal u ta’ Liverpool Sadio Mané tkellem dwar l-għajnuna li qiegħed jagħti lil pajjiżu u pajjiżi oħra Afrikani. F’intervista li kellu mal-kamra tal-aħbarijiet NsemWoha.com, Mané saħaq li għalih mhuwiex…

Futbol internazzjonali

Għalkemm il-Portugall ħarġu telliefa kontra l-Ukrajna bl-iskor ta’ 2-1, f’logħba mill-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020, xorta waħda kienet lejla memorabbli għal Cristiano Ronaldo li skorja s-700 gowl tal-karriera tiegħu. Fil-logħba…

Futbol internazzjonali

Il-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 bejn il-Bulgarija u l-Ingilterra kienet imwaqqfa darbtejn mir-referee fl-ewwel taqsima, u dan bħala parti minn protokoll tal-UEFA sabiex jitwaqqfu l-abbużi razzisti fl-istadiums. Matul l-ewwel taqsima…

Futbol internazzjonali

It-Tnejn filgħaxija l-Ukrajna saru l-ħames tim li għamluha mill-fażi tal-gruppi u kkwalifikaw għall-edizzjoni tal-Euro 2020. Dan wara li f’darhom irnexxilhom jegħlbu lill-Portugall. Il-logħba bejn il-Bulgarija u l-Ingilterra kellha titwaqqaf darbtejn…

Aktar