Futbol internazzjonali
Futbol Taljan: Sarri se jitlef l-ewwel żewġ partiti ta’ Juventus

Il-kowċ ta’ Juventus Maurizio Sarri mhux se jkun fuq il-bank imexxi lit-tim għall-ewwel żewġ logħbiet tas-Serie A. Dan ġie mħabbar fuq is-sit uffiċjali tal-klabb wara li l-eks kowċ ta’ Napoli u Chelsea, li llum jgħodd is-60 sena, qed ibati minn pneumonia u qed ikollu diversi testijiet mediċi.

F’dan il-komunikat intqal li l-aħħar riżultati mediċi qed jindikaw titjib konsiderevoli f’saħħet il-kowċ mill-bidu tal-ġimgħa ‘l hawn.

Minkejja kollox, Sarri se jingħata ċ-ċans kollu meħtieġ sabiex jirkupra u għalhekk ġie ordnat li jkompli jistrieħ.

B’hekk Sarri mhux se jkun fuq il-bank ta’ Juventus għall-ewwel żewġ partiti tas-Serie A li t-tim se jilgħab kontra Parma u Napoli.

Għal dawn iż-żewġ partiti, it-tim se jkun fdat f’idejn l-assistent kowċ Giovanni Martusciello.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Porto Moussa Marega ħalla l-grawnd bi protesta wara korijiet razzisti fil-konfront tiegħu waqt il-logħba bejn Vitoria Guimaraes u Porto. L-attakkant ta’ 28 sena mill-Mali rnexxilu jiskorja t-tieni gowl…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Herry Gregg, l-ex gowlkiper Irlandiż ta’ Manchester United. Gregg baqa’ jissemma bħala wieħed mill-eroj tat-traġedja tal-ajru ta’ Munich li fiha kien involut it-tim ta’ Manchester United, lura…

Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Aktar