Futbol lokali
Futbol tan-nisa: Birkirkara champions għas-seba’ darba fl-Istorja

It-team tan-nisa ta’ Birkirkara żamm it-titlu li rebaħ is-sena l-oħra meta fil-konfront deċiżiv għall-kampjonat għeleb lill-isfidanti Hibernians 4-1.

Birkirkara daħlu għall-aħħar logħba tal-istaġun punt vantaġġ fuq Hibernians u draw għalihom kien ikun biżżejjed biex jispiċċaw l-ewwel. Għat-team ta’ Raħal Ġdid kienu jservu biss it-tliet punti.

Quddiem folla ppakkjata fiċ-Charles Abela Stadium tal-Mosta b’danakollu kienu l-Istripes li ħarġu rebbieħa b’wirja konvinċenti. Huma kienu 2-0 minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima b’goals ta’ Stephania Farrugia u Gabriella Zahra: u żiedu tnejn oħra wara l-mistrieħ b’doppjetta ta’ Veronique Mifsud: qabel Dorianne Theuma skorjat il-goal tal-bandiera għal Hibs.

Fi tmiem il-logħba l-Viċi President Anzjan tal-MFA Ludovico Micallef ippreżenta t-tazza taċ-champions lill-captain Stephania Farrugia fost iċ-ċelebrazzjonijiet tal-kamp Karkariż.

Dan huwa s-seba’ titlu mirbuħ minn Birkirkara u l-ewwel wieħed taħt il-coach Melania Bajada: li saret ukoll l-ewwel coach mara li ħadet il-kampjonat.

F’partiti oħra: Mġarr Utd għelbu lil Raiders 2-1, u Kirkop Utd rebħu 4-2 ma’ Tarxien Rainbows.

Klassifika finali: Championship Pool: Birkirkara 49, Hibernians 45, Mġarr Utd 32, Raiders (Luxol) 28, Kirkop Utd 18, Tarxien Rainbows 8. Relegation Pool: Swieqi Utd 22, Fgura Utd 11, Mosta 4.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar