Futbol lokali
Futbol tan-Nisa: Birkirkara jirbħu n-KO u jiksbu d-double

Birkirkara…..2

Mġarr UTD….0

 

Żewġ gowls fl-ewwel taqsima kienu biżżejjed sabiex it-tim tan-nisa ta’ Birkirkara jirbħu l-kompetizzjoni Knock-Out meta fil-finali għelbu lil Mġarr United bl-iskor ta’ 2-0.

B’hekk l-Istripes irnexxielhom iwettqu d-double wara li ftit tal-jiem ilu rebħu l-kampjonat 2018-2019. Il-partita ntlagħbet fiċ-Charles Abela Stadium tal-Mosta u għaliha attendiet folla numeruża.

Birkirkara waslu għal din il-finali wara li fil-kwarti tal-finali għelbu l-isfida ta’ Swieqi United (3-0) u Kirkop United (4-0). Min-naħa ta’ Mġarr United wara li eliminaw lil Mosta (5-0), fis-semifinali kellhom imorru għall-ħin barrani sabiex rebħu lill-Hibernians bl-iskor ta’ 5-2.

Birkirkara bdew din il-partita fuq l-offensiva filwaqt li Mġarr United bdew joperaw ħafna bil-kontrattakki. Kien dwell ferm interessanti bejn żewġ attakkanti prolifiċi, Ylenia Carabott ta’ Birkirkara u Haley Bugeja ta’ Mġarr United.

L-Istripes marru fil-vantaġġ wara 18-il minuta logħob meta wara azzjoni ta’ corner, kienet il-captain Stephania Farrugia li għoliet fuq kulħadd u bir-ras għelbet lill-goalkeeper avversarja.

Mġarr ippruvaw iwettqu reazzjoni iżda l-goalkeeper Karkariża Janice Xuereb kienet strumentali sabiex żammet lit-tim tagħha fil-logħba.

Birkirkara skorjaw it-tieni gowl tagħhom fil-35 minuta b’daqqa ta’ ras oħra ta’ Anne Marie Said li ssoprendiet lill-keeper ta’ Mġarr.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq bl-Istripes 2-0 minn fuq, fit-tieni 45 minuta Mġarr ippruvaw jiskorjaw il-gowl tal-bandiera għalkemm kienu l-istess Birkirkara li kellhom żewġ okkażjonijiet li minkejja kollox naqsu li jegħlbu lill-goalkeeper ta’ Mġarr.

Mat-tisfira finali tar-referee setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Birkirkara bil-qofol tagħhom jintlaħaq meta l-viċi-president tal-MFA Ludovico Micallef ippreżenta t-tazza tal-kompetizzjoni KO lill-captain Stephania Farrugia.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Futbol lokali

Astana għaddew għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Valletta bl-iskor ta’ 4-0 . B’hekk it-tim mill-Kazakhztan għaddew bi skor aggregate ta’ 9-1. Valletta kellhom…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena sofra telfa kbira fit-tieni partita mill-UEFA Development Tournament li qed isir f’Wales. Illum Malta tilfet bl-iskor ta’ 5-0 kontra Ċipru. It-tim nazzjonali kellu…

Aktar