Futbol lokali
Futbol tan-nisa: Birkirkara jirbħu s-Super Cup

SUPER CUP 2019/2020

Birkirkara………5

Mġarr United ..0

It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara komplew fejn ħallew fl-istaġun li għadda meta għelbu lil Mġarr United bl-iskor ta’ 5-0.

Din kienet l-ewwel darba li logħba ta’ din ix-xorta intlagħbet fl-Istadium Nazzjonali u għalhekk kien hemm stennija kbira minn dawn iż-żewġ timijiet. Birkirkara kisbu d-double fl-istaġun li għadda bi Mġarr li spiċċaw finalisti tal-kompetizzjoni Knock-Out u runners-up fil-kampjonat.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fil-11-il minuta wara frikik ta’ Haley Bugeja li l-keeper ta’ Birkirkara Janice Xuereb laqgħet b’xi ftit tad-diffikulta.

Fit-22 minuta, l-ewwel azzjoni ta’ marka Karkariża meta wara kross ta’ Abera, kienet Esther Douye li rat il-ballun jaħbat mal-wieqfa sabiex sekondi wara kienet il-gowlkiper sostitut Patricia Ebejer li salva tajjeb xutt ta’ Loza Abera.

Birkirkara marru fil-vantaġġ fit-33 minuta meta wara azzjoni ta’ korner, id-difiża Mġarrija naqset milli tikklerja sabiex il-ballun wasal għand Anne Marie Said li min-nofs il-kaxxa fajret xutt li Patricia Ebejer ma setgħet tilħaq qatt.

Fit-38 minuta kienet Haley Bugeja għal Mġarr li għaddiet lejn Francesca Chircop bix-xutt finali tagħha jmur ftit barra.

Fit-42 minuta, cross-shot ta’ Loza Abera jgħaddi kemm kemm barra.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq 1-0 favur Birkirkara.

Fit-62 minuta tentattiv ta’ Kailey Willis għal Birkirkara ftit inkwieta lill-keeper ta’ Mġarr.

Fit-72 minuta tentattiv ta’ Brenda Borg għal Mġarr spiċċa għoli.

Fl-74 minuta l-Istripes irduppjaw l-iskor meta ġirja tajba ta’ Raina Giusti ntemmet eżatt kif fajret xutt li Ebejer laqgħet parzjalment bil-ballun illi jispiċċa fix-xibka.

Mġarr United infixlu u tliet minuti wara wasal it-tielet gowl ta’ Birkirkara b’xutt mill-isbaħ ta’ Loza Abera li ħasad lil Ebejer.

Fl-84 minuta reġgħet kienet l-attakkanta mill-Etjopja li kienet protagonista meta wara kontrattakk veloċi li ssorprenda lid-difiża ta’ Mġarr, daħlet fil-kaxxa u wara li qabżet lill-gowlkiper tefgħet f’lasta vojta.

Fit-88 minuta Abera ghaqqdet hat-trick personali meta x-xutt fil-baxx tagħha spiċċa fir-rokna tax-xibka.

Wara l-partita setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet li laħqu l-qofol tagħhom mal-preżentazzjoni tat-tazza mis-segretarju ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti lill-captain ta’ Birkirkara Stephania Farrugia.

Riżultat Finali: Birkirkara 5  Mġarr United 0

Referì kien Joseph Scerri

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Malta Football Association illum varat proġett ġdid ta’ programm tat-televiżjoni mmirat speċifikament għat-tfal f’dan iż-żmien meta ħafna qedgħin kostretti jqattgu l-ħin tagħhom id-dar. L-għan ta’ dan il-programm bl-isem ta’ ‘Training…

Futbol lokali

Waqt laqgħa permezz ta’ video-conference li saret illum bejn il-UEFA u l-55 assoċjazzjoni membru, fosthom Malta, l-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-futbol ħabbret xenarji ġodda dwar id-deċiżjoni jekk u meta l-kampjonati domestiċi fl-Ewropa…

Futbol lokali

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro…

Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Aktar