Futbol lokali
Futbol tan-Nisa: Malta ..1 Montenegro ..2

Logħba qalbiena minn naħa tat-tim Malti li kellhom jitħabtu mhux ftit biex jippruvaw jikkontrollaw lit-tim Montenegrin. It-tim Malti spiċċa żewġ gowls minn taħt fi spazju ta’ tlett minuti meta Slatjana Bulatovic sabet ix-xibka fit-tlettax il-minuta. Dan il-gowl ħasad lit-tim Malti li kawża ta’ hekk tilef xi ftit mill- koncentrazzjoni. B’mod makkak il-Montenegrini approfittaw minn dan in-nuqqas ta’ koncentrazzjoni u għal darb’oħra sabu ix-xibka fil-ħmistax il-minuta permezz ta’ Armisa Kuc. Il- Maltin  holqu reazzjoni u fit-23 minuta sabu ix-xibka permezz ta’ Shona Zammit. L-iskor sa tmiem l-ewwel taqsima kien dak ta Malta..1 – Montenegro..2.

It-tieni taqsima rat ritmu aktar kajman, bil- maggoranza tal- logħob jkun konċentrat f’nofs il- grawnd. L-azzjonijiet kienu iżolati u sporadiċi fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta bl-ebda gowl ma jiġi skurjat biex ir-riżultat finali ma nbidilx.

Miktub minn...
TVM Sport
.