Futbol lokali
Futbol tan-nisa: Malta b’partiti ta’ ħbiberija kontra l-Iżvizzera u t-Turkija

It-tim nazzjonali tan-nisa mmexxi minn Mark Gatt matul din il-ġimgħa se jkun qed jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-Iżvizzera u t-Turkija fic-Centenary Stadium.

Gatt għażel skwadra ta’ 21 plejer għal dawn iż-żewġ impenji ferm importanti li fi spazju ta’ erbat ijiem. 

Kemm l-Iżvizzera kif ukoll it-Turkija jinsabu għall-kamp ta’ taħriġ f’pajjiżna. L-Iżvizzera huma rrankjati fid-19-il post filwaqt li t-Turkija jinsabu fid-69 pożizzjoni.

F’kumment li ta lis-sit elettroniku tal-MFA, Mark Gatt saħaq fuq l-importanza ta’ dawn iż-żewġ logħbiet li se jservu ta’ tħejjija għall-kompetizzjoni tal-UEFA Women’s Euro 2021 Group B qualifiers li se jsiru f’Marzu kontra l-Georgia u l-Bożnja f’pajjiżna. 

Il-kowċ nazzjonali jista’ jinkludi wkoll xi plejers li jilagħbu barra minn xtutna fosthom  Nicole Sciberras ta’ Juventus, Shona Zammit ta’ Pink Bari, Martina Torres ta’ Sassari Torres u Ylenia Carabott ta’ Chievo Fortitudo Mozzecane.

Fl-istess waqt hemm ukoll xi żgħażagħ fl-iskwadra fosthom il-gowlkiper Jodie Attard ta’ Raiders Għargħur u d-duo ta’ Mġarr Patricia Ebejer u Haley Bugeja.

Fost il- plejers li qed jiġu  magħżula għall-ewwel darba hi Sydney Schembri li għandha 22 sena u li tilgħab fl-Istati Uniti.

Din hi l-iskwadra kompluta ta’ Mark Gatt.

GOALKEEPERS

Janice Xuereb (Birkirkara); Jodie Attard (Raiders Għargħur); Patricia Ebejer (Mġarr United).
DIFENSURI
Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Alishia Sultana (all Birkirkara); Nicole Sciberras (Juventus, Italy); Rebecca Bajada (Mġarr United); Charlene Zammit (Swieqi United).
MIDFIELDERS
Brenda Borg, Claudette Xuereb (both Mġarr United); Gabriella Zahra, Veronique Mifsud (both Birkirkara); Jade Flask, Dorianne Theuma, Simone Buttigieg (all Swieqi United); Sydney Schembri (Xavier Women’s Soccer, US); Shona Zammit (Pink Bari, Italy).
ATTAKKANTI
Martina Borg (Sassari Torres, Italy); Haley Bugeja (Mġarr United); Ylenia Carabott (Chievo Fortitudo, Italy).

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tlettax-il plejer ġej sospiżi partita mill-Kampjonat BOV Premier. Dawn il-plejers kienu kkonfermati fi stqarrija mibgħuta mill-MFA wara d-deċiżjonijiet tal-Kummissarju tad-Dixxipplina. Il-plejers huma: Paul Fenech u Steve Pisani ta’ Balzan, Cain…

Futsal

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal kiseb rebħa tajba ta’ 3-1 kontra l-Bulgarija fit-tieni logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet. Wara d-dro ta’ 2-2 tal-Ħadd li għadda lbieraħ waslet…

Futbol lokali

KAMPJONAT PREMIER 2019/20 Valletta……….2 Sliema………..1 Valletta reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 2-1. Dawn it-tliet punti kienu ferm prezzjużi minħabba li issa t-tim mill-kapitali qabżu…

Futbol lokali

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Valletta FC. Josie Urpani miet fl-età ta’ 83 sena. Ma’ Valletta FC, Urpani rebaħ tliet titli u żewġ F.A. Trophies Urpani…

Aktar