Futbol lokali
Futbol tan-Nisa: Malta tegħleb lil Montenegro fit-tieni partita ta’ ħbiberija

Partita internazzjonali ta’ ħbiberija

Malta……………….1

Montenegro……..0

Gowl uniku ta’ Jade Flask kien biżżejjed sabiex it-tim nazzjonali Malti tan-nisa immexxi minn Mark Gatt jegħleb lil Montenegro bl-iskor ta’ 1-0.

Kienet it-tieni partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet wara li fl-ewwel konfront ta’ bejnethom, kienu l-Montenegro li rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Fl-istess waqt, din kienet logħba ta’ tħejjija għal-logħob ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja tan-nisa tas-sena 2023.

Il-gowl rebbieħ ġie skorjat fid-39 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Jade Flask wara korner mil-lemin.

MALTA

P. Ebejer, S. Farrugia, C. Zammit (84 G. Zahra), N. Sciberras, J. Flask, E. Lipman, R. Cuschieri, D. Theuma (73 V. Mifsud), S. Zammit, M. Farrugia (73 K. Chetcuti), E. Xuereb (56 R. Zerafa) (84 S. Buttigieg).

MONTENEGRO

A. Krstovic, M. Radunovic, A. Popovic, M. Saranovic, S. Bulatovic, N. Stanovic, J. Karlicic, A. Kuc, H. Bozic, D. Djukic, R. Kocanovic (54 A. Toskovic).

Referee Darryl Agius (Malta FA).

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'