Futbol internazzjonali
Futbol tan-nisa: Tottenham Hotspur jiffirmaw lill-plejer Amerikana Alex Morgan

Il-klabb Ingliż ta’ Tottenham Hotspur iffirma lill-plejer Alex Morgan, darbtejn Champion tad-Dinja mal-Istati Uniti.

L-aħbar għamluha uffiċjali l-Women’s Super League.

Morgan ta’ 31 sena lagħbet għal erba’ staġuni mal-klabb ta’ Orlando Pride.

Morgan skurjat 107 gowls f’169 partita għall-Amerka u rebħet it-Tazza tad-Dinja fl-2015 u l-2019.

Fl-ewwel partita mill-kampjonat tan-nisa, Tottenham ħadu punt fi draw ta’ 1-1 kontra Everton.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Aktar