Futbol internazzjonali
Futbol tan-Nisa: Wembley Stadium jinbiegħ kollu għal-logħba ta’ ħbiberija bejn l-Ingilterra u l-Ġermanja

Aħbarijiet sbieħ għall-futbol tan-nisa meta għal-logħba bejn l-Ingilterra u l-Ġermanja, għall-ewwel darba fl-istorja, Wembley Stadium huwa mibjugħ kollu. L-attendenza għal-logħba ta’ ħbiberija bejn dawn iż-żewġ timijiet Ewropej ser tkun aktar minn 45,619 persuna u ser jinkiser ir-rekord li ilu mill-2014 meta l-Ingilterra u l-Ġermanja kienu ltaqgħu kontra xulxin. L-attendenza fl-istadium li jesa’ 90,000 ser taqbeż ukoll dik tat-80,203 li kienu attendew għall-finali tal-Olimpjadi tan-Nisa fl-2012 bejn l-Istati Uniti u l-Ġappun.

Id-direttriċi tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliż Sue Campbell qalet li l-bejgħ tal-biljetti kollha juri s-sapport kbir li qiegħed ikollu t-tim nazzjonali Ingliż tan-nisa, b’mod speċjali wara t-Tazza tad-Dinja li saret fi Franza ftit tax-xhur ilu. Huwa ċar li l-popolarità tal-futbol tan-nisa kibret sew fl-aħħar xhur meta wieħed iqis li fl-ewwel tliet rounds tal-Women’s Super League kien hemm attendenzi ta’ ‘l fuq minn 100,000 persuna.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-partitarji fid-Danimarka qed isegwu l-logħon fuq skrins kbar fil-car parks. FC Midtjylland qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex il-partitarji tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-logħob tat-tim, u f’parkeġġ li jesa’ 12,000…

Futbol internazzjonali

FC Koln 2   RB Leipzig 4 RB Leipzig irritornaw fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa barra minn darhom għand FC Koln bl-iskor ta’ 4-2. Meta fadal ħames logħbiet għal tmiem il-kampjonat, RB…

Futbol internazzjonali

Futbol fi Spanja: Real Madrid ikkonfermaw li se jkun u qed jilagħbu l-kumplament tal-logħbiet li fadal meta jitkompla l-kampjonat fil-11 ta’ Ġunju fl-Istadium takl-bażi ta’ taħriġ tagħhom fl-Estadio Alfredo di…

Futbol internazzjonali

Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta ‘Vero Amore’ din is-sena qed jiċċelebra l-45 sena mit-twaqqif tiegħu lura fl-1975. Għal din l-okkażjoni l-Club ħaseb sabiex iniedi emblema ġdida għall-Club li tirrifletti l-era modera…

Aktar