Futsal
Futsal: Decider bejn Luxol u Valletta għall-ewwel post fl-Elite

Luxol u Valletta temmew il-logħbiet tagħhom ta’ qabel il-Play Offs, billi għelbu lil Hamrun Tre Angeli u Mriehel ESS rispettivament. Dan fisser li ż-żewġ timjiet komplew jaqsmu flimkien l-ewwel post tal-Elite. B’hekk nhar it-Tlieta 27 ta’ Frar fit-tmienja ta’ filgħaxija tintlagħab logħba deċiżiva li minnha jiġi ddikjarat it-tim li se jkun waħdu f’ras il-klassifika, qabel ma tibda l-fażi finali u l-aktar eċċitanti tal-Play Offs.

Luxol ma tantx kellhom wisq diffikulta sabiex għelbu lil Hamrun Tre Angeli bl-iskor ta’ 6-3. Għat-tim minn St. Andrews spikka Maicon Silva li skurja tliet darbiet, flimkien mal-gowls ta’ Emil Andrei Raducu, Mark Zammit u Andy Mangion. Min-naħa l-oħra l-Ħamruniżi sabu x-xibka permezz ta’ Daniel Mifsud u doppjetta ta’ Stefan Camilleri.

Partita aktar bilanċjata u divertenti kienet dik bejn Valletta u Mriehel ESS. Minkejja li Mriehel ESS kellhom diversi waqtiet tajbin, pero kellhom ibaxxu rashom għad-dominanza Beltija li ssarfet f’rebħa ta’ 5-1. Għall-Beltin kelln doppjetti għal Denis Di Maio u Camilo Andres Gomez Vanegas flimkien mal-gowl ta’ Murtaz Kakabadze. Il-gowl ta’ Mriehel ESS wasal minn frikik dirett u b’saħħtu ta’ Essa Benatiya.

Fil-klassifika tal-Elite Valletta u Luxol għandhom 42 punt, Hamrun Tre Angeli 28, Swieqi United 25 u Mriehel ESS 24.

Mill-Ewwel Diviżjoni, it-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United temm l-impenji tiegħu għal dan l-istaġun, b’telfa minima ta’ 3-2 kontra Qormi. James Tabone, Elvis Pajo u Miguel Alcaraz skurjaw għal Qormi, filwaqt li Matthew Micallef Thompson u Robert Stoyanov skurjaw għaż-żgħażagħ ta’ Swieqi.

Tarxien JMI għelbu lil Junior College bl-iskor ta’ 11-3. L-ewwel taqsima intemmet 2-1 għal Tarxien JMI u fit-tieni taqsima kellna xalata ta’ gowls. Għal Tarxien JMI skurja ħames darbiet Craig Pickard, darbtejn Uros Markovic u William Barbosa, gowl għal Denzil Pisani u awtogowl ta’ Chris Muscat. Il-gowls tal-Junior College waslu mingħand Arturo Garcia de Hora, Fabio Miguel Fama Gaspar u Andrè Ciappara.

Intant il-logħba bejn l-Università ta’ Malta u Pietà Nordiska ma ntlagħbitx għax reġa’ daħal l-ilma mis-saqaf tal-Padiljun ta’ Kordin.

Fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni nsibu lill-Università ta’ Malta b’29 punt, Tarxien JMI u Pietà Nordiska 27, Qormi 15, Swieqi United disa’ punti, Marsaskala b’sitt punti u l-Junior College bla ebda punt.

Matul il-ġimgħa d-dieħla jkollna dawn il-logħbiet:

Mill-Ewwel Diviżjoni

It-Tnejn 26/2/18

Fit-8:00 pm Junior College vs Marsaskala

Fid-9:15 pm L-Università ta’ Malta vs Qormi

Il-Ħamis 1/3/18

Fit-8:00 pm Pietà Nordiska vs Tarxien JMI

Fid-9:15 pm Qormi vs Junior College

Mir-rawnd tal-Elite

It-Tlieta 27/2/18

Fit-8:00 pm Decider bejn Valletta u Luxol

Fit-8:00 pm Luxol/Valletta vs Swieqi United

Fid-9:15 pm Luxol/Valletta vs Hamrun Tre Angeli

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futsal

FUTSAL MALTA ASSOCIATION 2017/18 PLAYOFF FINALI Valletta…………5 Luxol……………1 Valletta jirbħu l-ewwel finali bl-aqwa minn tlieta tal-kampjonat Elite, meta għelbu lil Luxol bl-iskor ta’ 5-1. Il-Beltin sa’ mill-bidu kienu magħqudin u…

Futsal

Ingħatat bidu għat-tieni fażi tal-kampjonat tal-futsal, bi tliet logħbiet mill-Ewwel Diviżjoni. It-tim tal-Università ta’ Malta għeleb lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United bl-iskor ta’ 4-1. L-Universitarji kienu tattikament…

Futsal

Il-logħba bejn it-tim tal-Università u Swieqi United, kienet waħda deċiżiva għal min se jokkupa t-tielet post f’din il-ġimgħa. Dro bejn dawn iż-żewġ timijiet poġġa lil Swieqi waħedhom fit-tielet post, bi…

Aktar