Futsal
Futsal Euro U19: il-finali Kroazja – Spanja diretta fuq tvm.com.mt/sport illejla
KICK-OFF FIS-19:00

Illejla fis-19:00 il-finali bejn il-Kroazja u Spanja għall-ewwel kampjonat Euro Futsal għat-timijiet nazzjonali taħt id-19-il sena organizzat mill-UEFA.

Il-Kroazja għaddew għall-finali b’rebħa bil-penalties fuq il-Portugall fis-semifinali: 5-4 bix-shoot-out wara li l-iskor fil-ħin regolamentari kien 2-2.

Aktar sempliċi l-passaġġ ta’ Spanja għalkemm  kellhom jirkupraw minn goal minn taħt fis-semifinali l-oħra kontra l-Polonja qabel rebħu 3-1.

Il-finali Kroazja – Spanja fil-kapitali tal-Latvja Riga, fejn intlagħab it-tournament kollu, se tkun streamjata live fuq tvm.com.mt/sport.

Aktar tard tintwera wkoll b’mod irrekordjat fuq TVM2, wara x-xandira tal-maratona ta’ Puttinu.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.