Futsal: Festa kbira għall-Imdina u Mellieħa jibqgħu jirbħu

Futsal

Mill-Ewwel diviżjoni, Msida ħadu t-tieni rebħa f’dan l-istaġun meta għelbu lil Siggiewi bl-iskor ta’ 8-2.

Għall-Imsida skurjaw darbtejn Marian Gologan u Aleksander Ribic, Alan Micallef, Noel Portelli, Matthew Dingli u Ryan Xuereb.

Andrew Briffa u Matthew Debono naqsu l-iskor għal Siġġiewi.

Mdina Knights kellhom it-tieni u l-akbar rebħa f’dan l-istaġun, hekk kif għelbu lil Birżebuġia bl-iskor ta’ 10-0.

Mdina matul dawn l-aħħar tliet logħbiet, qed jilagħbu futsal sabiħ u qed iġibu riżultati tajbin.

Cleaven Portelli skorja erba’ gowls, bl-ewwel wieħed skurjat wara biss 13-il sekonda mill-bidu tal-logħba.

Għall-Imdina kellna wkoll doppjetti għal Ranald Portelli u Robert Peplow, flimkien mal-gowls ta’ Andrew Camilleri u Tyrone Grech.

Mellieħa għamluhom tmien rebħiet konsekuttivi meta għelbu lil Luqa bl-iskor ta’ 4-2.

Wara għaxar minuti logħob Mellieħa tkeċċilhom Radoslav Kovachev, wara li mess b’idu l-ballun li kien dieħel fix-xibka.

Mill-penalti, Andrew Scerri fetaħ l-iskor għal Luqa.

Fit-tieni taqsima, l-Mellieħin ħarġu determinati li riedu t-tmien rebħa, u f’temp ta’ erba’ minuti skurjaw permezz ta’ Nikolay Filipov, Robert Magro u Craig Pickard.

Fis-27 minuta Luqa ngħataw penalti ieħor u reġa kien Andrew Scerri li ma ħafirx lill-gowlkiper avversarju Deylan Ivanov.

Ħames minuti mit-tmiem, Nikolay Filipov skorja t-tieni gowl personali u ssiġġilla r-rebħa li ħalliethom fil-quċċata tal-klassifika.

Matul din il-ġimgħa kellna logħba waħda mill-Kampjonat Premier, bejn Żebbuġ Rangers u Swieqi United, minħabba t-taħriġ tat-Tim Nazzjonali Malti tal-Futsal.

Swieqi United rebħu 3-0 biex sabu posthom fir-raba’ post tal-Kampjonat Premier, b’gowls minn Fabio Grech li fetaħ l-iskor kmieni, u b’doppjetta fl-aħħar ħinijiet ta’ Patrick Kinni.

Il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni jkompli kif ġej:
Is-Sibt 22 ta’ Novembru – fis-14:30 Mqabba –  Attard, fl-16:00 Qrendi – Msida
Il-Ħadd 23 ta’ Novembru – fis-13:00 Sirens – Mdina

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Wara telfa minima u draw, tasal ukoll ir-rebħa għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-kategorija. Ir-rebħa ta’ 2-1 ġiet fl-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Litwanja:…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi minn Silvio Vella tilef it-tieni logħba ta’ ħbiberija kontra l-Albanija bl-iskor ta’ 3-2. Fl-ewwel logħba kontra l-Albanija tlett ijiem ilu Malta kienet…

Futbol lokali

Magħrufa s’issa tliet semifinalisti tan-knockout tal-1 diviżjoni tal-Gozo Football Association. Xewkija Tigers għaddew mal-aħħar erbgħa b’rebħa ta’ 3-1 fuq Kerċem Ajax. Xewkija tnejn minn fuq fl-ewwel taqsima b’goals ta’ Shaun…

Futbol lokali

Illejla mistennija risposta mit-team nazzjonali Malti kontra l-Gżejjer Faroe fl-aħħar partita tal-grupp kontra l-Gżejjer Faroe. L-aspettattiva għall-partita hija qawwija wara d-disfatta tas-Sibt mal-Kosovo: b’xejn inqas minn rebħa ma tissodisfa lill-kritiċi…

Aktar