Futsal
Futsal: Għada tibda t-Tazza tad-Dinja, partiti diretti fuq TVM2 u tvm.com.mt/sport

Għada tibda t-Tazza tad-Dinja tal-futsal.

It-Tazza tad-Dinja tal-futsal ta’ din is-sena se tkun qed issir fil-Litwanja.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jipparteċipaw 24 nazzjon maqsumin f’sitt gruppi differenti.

Minn dawn il-gruppi jikkwalifikaw żewġ timijiet u l-aqwa erba’ timijiet li jtemmu fit-tielet post biex minn hemm tibda l-fażi tan-Knock Out.

Il-Brażil huma l-favoriti li jirbħu l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-futsal li tintlagħab fit-3 ta’ Ottubru.

TVM2 u s-sit tvm.com/mt se jkun qed iwassal dirett diversi partiti ta’ dan it-tornew, fosthom is-semifinali u l-finali.

Miktub minn...
TVM Sport