Futbol lokali
Futsal – Iċ-Champions Luxol b’ambizzjonijiet li jerġgħu jikkwalifikaw mill-preliminari tal-UEFA Champions League

Futsal

Luxol se jkunu qed jippruvaw jirrepetu dak li għamlu sentejn ilu u jikkwalifikaw mir-Rawnd Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League.

It-team ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat għaddej b’taħriġ intensiv hekk kif l-objettiv tat-team huwa ċar, dak li jerġgħu jikkwalifikaw għal Main Round ta’ din l-akbar kompetizzjoni fuq livell ta’ klabbs fil-Futsal.

Il-kowċ Gabriel Dobre u l-assistent tiegħu Clint Cope sejħu skwadra ta’ 18-il plejer għall-partiti minn Grupp F fin-Norveġja aktar tard dan ix-xahar.

Fl-iskwadra għad hemm plejers ta’ esperjenza Maltin bħal captain Mark Zammit, Gian Carlo Sammut u Andy Mangion, kif ukoll il-plejers barranin Celino Alves, Emil Andrei Raducu u Zvezdan Vukovic li kollha huma konfermati.

L-aħħar akkwist huwa l-istilla Brażiljan Everton Veve, waqt li l-gowlkiper internazzjonali Norveġiż Kenneth Rakvaag għamel ir-ritorn tiegħu u mistenni jerġa jkun strumentali fil-miri ambizzjużi ta’ Luxol fil-kompetizzjoni Ewropeja dan l-istaġun.

Bħala gowlkipers ukoll biex isaħħaħ skwadra diġa kompettitiva ingħaqad Stefan Vella mingħand ir-rivali Valletta u li fin-Norveġja se jagħmilha ta’ steady keeper waqt li jkompli jikseb aktar esperjenza mingħand Rakvaag, anke sakemm il-goalkeeper l-ieħor internazzjonali Malti Clint Mifsud jirkupra mill-injury li għandu.

Sadanittant l-iskwadra ta’ Luxol f’dawn is-siegħat mistennija tikber hekk kif iċ-champions Maltin jinsabu f’diskussjonijiet avvanzati ma’ plejer Sloven ta’ livell li għandu esperjenza vasta internazzjonali jissielet għar-rebħ tas-Serie A fl-Italja sal-istaġun li għadda.

L-iskwadra ta’ 19-il plejer immexxija mid-Diretturi Joe Aquilina u Mario Vella, flimkien mad-Direttur Tekniku Nathaniel Jones u l-Viċi President Jose Da Silva, se tmur Tromsø n-Norveġja t-Tnejn 26 ta’ Awwissu b’titjira diretta li titlaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fis-sagħtejn ta’ filgħodu.

L-ewwel logħba għaċ-Champions Maltin fil-pajjiż Skandinavu tintlagħab jumejn wara l-wasla, bil-kowċ Rumen Dobre li qabel dawn it-tliet logħbiet fit-Tromsøhallen Arena ikun irid jelenka l-lista uffiċjali lill-UEFA magħmula minn skwadra finali ta’ 14-il plejer għal dan il-grupp.

Ir-rebbieħ tal-grupp biss jikkwalifika’ għal Main Round bil-grupp taċ-Champions Maltin fil-fażi li jmiss jintlgħab fil-kapitali Ċeka Praga bejn it-8 u t-13 ta’ Ottubru.

Il-logħob ta’ Luxol fi Grupp F f’din il-fażi Preliminari huma dawn :-

L-Erbgħa 28 ta’ Awwissu: Luxol v Fiorentino 5.00pm
Il-Ħamis 29 ta’ Awwissu: Dinamo Chisinau v Luxol 5.00pm
Is-Sibt 31 ta’ Awwissu: Sjarmtrollan v Luxol 1.30pm

L-iskwadra ta’ Luxol :- 1. Kenneth Rakvaag, 3. Celino Alves, 4. Kemmu Degran Jackson, 5. Nicki Del Re, 6. Everton Veve, 7. Matthew Attard, 8. Gian Carlo Sammut, 9. Mark Zammit, 10. Maicon Silva, 11. Andy Mangion, 12. Leanderson Sant’Anna, 13. Stefan Vella, 14. Marrwan Telisi, 15. Dragan Obradovic, 17. Zvezdan Vukovic, 18. Carl Azzopardi, 19. Emil Raducu, 23. Aidan Micallef.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Jumejn qabel il-ftuħ tal-kampjonat Premier, Ħamrun Spartans u Santa Lucia ppreżentaw l-iskwadri tagħhom għall-istaġun li ġej. Ħamrun Spartans ippreżentaw l-iskwadra għall-istaġun li jiftaħ nhar il-Ġimgħa fejn l-Ispartans jibdew b’konfront kontra…

Futbol lokali

THE CONVENIENCE SUMMER CUP 2019 Żebbuġ Rangers laħqu lil San Ġwann f’ras il-klassifika ta’ The Convenience Shop Summer Cup 2019 meta f’konfront dirett huma għelbuhom bl-iskor ta’ 5-2. Min-naħa l-oħra…

Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Aktar