Futsal
Futsal: Il-Beltin u l-Universitarji jibqgħu jirbħu

It-tim tal-Università li qed jipparteċipa għar-raba’ darba fil-kampjonat lokali, qed juri progress minn staġun għal ieħor. Bħal Valletta, l-Universitarji kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva, meta għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 9-3.

Min-naħa l-oħra Valletta li huma wkoll qegħdin fil-quċċata tal-klassifika, għelbu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi bl-iskor ta’ 6-0. Dawn iż-żewġ timijiet se jiltaqgħu kontra xulxin proprju l-Ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla.

It-tim tal-Università li deher superjuri għat-tim ta’ Marsaskala, kellu lil Nermin Hasanbegovic li kien f’forma mill-aqwa hekk li skurja ħames gowls. Il-barrani l-ieħor Jose Maria Aguillera Castellano wkoll ħadem ħafna f’diversi partijiet u skurja tripletta.

Ta’ min isemmi wkoll lil Rodney Debono, li huwa wkoll kien ferm strumentali u skurja d-disa’ gowl għat-tim tal-Università. It-tim ta’ Marsaskala kien naqqas l-iskor għal 2-1 permezz tal-iżgħar plejer tagħhom Charlo Buttigieg, li wkoll safa’ mweġġa. Aktar tard skurjaw ukoll Alessio Restuccia u Antonio Fraschilla.

F’aktar logħbiet li kellna matul din il-ġimgħa, Pieta Hotspurs rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 8-5. Hamrun Tre Angeli dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Mriehel ESS bl-iskor ta’ 7-2. Tasal it-tieni rebħa għal Swieqi meta għelbu lil Tarxien JMI bl-iskor ta’ 6-3.

Il-ġimgħa d-dieħla jkollna dawn il-logħbiet fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin:

It-Tnejn 16/10/17

Fit-8:00 pm Hamrun Tre Angeli vs Swieqi

Fid-9:15 pm Pieta vs Tarxien JMI

Il-Ħamis 19/10/17

Fit-8:00 pm Mriehel vs Swieqi U21

Fid-9:15 pm Qormi vs Junior College

Il-Ġimgħa 20/10/17 vs vs Valletta

Fit-8:00 pm Luxol vs Marsaskala

Fid-9:15 pm Valletta vs Università ta’ Malta

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futsal

Matul din il-ġimgħa, l-aktar konfronti interessanti kien dak bejn iċ-ċampjins renjanti Valletta u Swieqi United, b’dawn tal-aħħar isofru l-ewwel telfa staġjonali. Għall-Beltin li għandhom logħba anqas, din tkun ir-raba’ rebħa…

Futsal

Futsal Malta League 2018/19 Luxol u Swieqi United jibqgħu b’punti massimi wara erba’ logħbiet, b’tal-aħħar jegħlbu lit-tim tal-Istudenti tal-Università ta’ Malta bl-iskor ta’ 4-2. It-tim tal-Universitarji mmexxi mill-kowċ Clayton Felice,…

Futsal

Matul din il-ġimgħa intlagħbet it-tielet ġurnata tal-kampjonat tal-futsal lokali, fejn spikkaw ir-rebħiet b’ħafna gowls għal Luxol u Valletta. Luxol St Andrews kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lit-tim ta’ taħt…

Aktar