Futsal
Futsal: Il-kowċ nazzjonali Zeljko Ancic isejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għar-raba’ training camp

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Zeljko Ancic, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għar-raba’ training camp fl-aħħar ħames xhur li se jsir fil-ġimgħa d-dieħla.

L-għanjiet ta’ dawn it-training camps għat-tim nazzjonali Malti hu biex itejjeb il-livell tiegħu u jkompli jgħin fl-iżvilupp tal-plejers lokali fil-futsal.

It-training camp jibda t-Tnejn li ġej fl-iskola nazzjonali tal-isport f’Pembroke u se jkun jikkonsisti f’diversi partiti ta’ ħbiberija biex Ancic ikun jista jagħżel l-aħjar skwadra possibbli għall-futur.

Miktub minn...
TVM Sport