Futbol lokali
Futsal – It-Tim Nazzjonali illum u għada f’logħbiet ta’ ħbiberija kontra Andorra

Illum il-ġimgħa u għada s-Sibt it-Tim Malti tal-Futsal jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra Andorra.

Il-kowċ Malti Zeljko Anicic u d-Direttur Tekniku Mark Marlow kellhom ġimgħa mpenjattiva mal-plejers qabel dawn iż-żewġ logħbiet hekk kif fl-aħħar snin il-preparazzjoni u l-attenzjoni għad-dettal fil-Futsal fuq livell ta’ Tim Nazzjonali żdiedet bl-aktar mod sinjifikanti.

Dawn iż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija għandhom iservu biex Anicic u Marlow janalizzaw aħjar il-kundizzjoni fiżika u mentali tal-plejers tagħhom qabel impenji oħrajn aktar importanti fix-xhur li ġejjin, bil-preparazzjoni li diġa rrankat għall-grupp li jmiss ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja f’April illi ġej.

Żewġ logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali, Malta kontra Andorra bil-bibien magħluqa, t-tnejn fl-iskola nazzjonali tal-isport, waħda l-ġimgħa u oħra s-Sibt jibdew fit-tmienja ta’ filgħaxija.

Miktub minn...
Rodney Vassallo