Futsal
Futsal: It-tim nazzjonali Malti jirbaħ l-ewwel partita minn tlieta kontra selezzjoni ta’ plejers barranin li jilagħbu f’pajjiżna

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal rebaħ l-ewwel partita ta’ ħbiberija minn tlieta kontra s-selezzjoni ta’ plejers barranin bi skor ta’ 3-2.

L-ewwel partita ntlagħbet ilbieraħ filgħaxija.

Il-plejer ta’ Luxol Gia Nikvashvili fetaħ l-iskor għat-tim barrani iżda Dylan Musu ta’ Luxol ukoll ġab id-draw għal Malta.

It-tim Malti mar fil-vantaġġ b’gowl tal-captain Mark Zammit u l-istess plejer żied il-vantaġġ għal Malta għal 3-1.

Il-plejer ta’ Swieqi Futsal skurja t-tieni gowl tat-tim barrani għal skor finali ta’ 3-2.

Ir-referees tal-partita kienu Clint Cassar u Andrea Naudi.

 

Miktub minn...
TVM Sport