
FUTSAL MALTA ASSOCIATION 2017/18
KO FINAL
Jinżel is-siparju fuq il-futsal lokali, hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, intlagħbet il-finali tan-Knock Out bejn Luxol u t-tim tal-Università ta’ Malta. Finali li ħadd qatt ma kien qed jistenna li jara l-Universitarji jilagħbu bi grinta liema bħalha, kontra l-qawwa ta’ Luxol. Tim li ilu mwaqqaf biss erba’ snin u rnexxielu mhux biss jasal għall-ewwel darba fil-finali, imma jirbaħha bl-iskor ta’ 5-2.
Wara biss żewġ minuti, Nermin Hasanbegovic poġġa lill-Universitarji fil-vantaġġ. Sabiex madwar tmien minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima, f’temp ta’ minuta, l-Universitarji skurjaw żewġ gowls oħra permezz ta’ Shawn Deguara u Jose Maria Aguillera Castellano. B’hekk l-ewwel taqsima ntemmet 3-0 favur l-Universitarji.
Fil-bidu tat-tieni taqsima, fit-tieni u fit-tielet minuta, Luxol dehru li wettqu reazzjoni meta sabu x-xibka permezz ta’ Gian Carlo Sammut u Rogerio dos Santos Filho. Minn hawn il-logħba żiedet fl-intensità u bdiet issir xi ftit nervuża. Luxol għamlu ħinijiet twal jilagħbu b’raġel anqas meta tkeċċa għalihom Rogerio dos Santos Filho li rċieva żewġ karti sofor u Gian Carlo Sammut li ntwera l-karta l-ħamra diretta għal ritaljazzjoni fuq Rodney Debono. Sakemm fl-aħħar, it-tim tal-Università ssiġġilla r-rebħ tat-titlu bit-tieni gowl personali ta’ Shawn Deguara u gowl ta’ Alex Ellul.
Wara t-tisfira finali, bdew iċ-ċelebrazzjonijiet kbar mill-plejers, diriġenti u l-istudenti li ġew bi ħġarhom għal din il-finali. Fl-aħħarnett il-captain tat-tim tal-Università ta’ Malta, l-gowlkiper Matthew Gatt, li kellu prestazzjoni eċċelenti tul il-logħba kollha, rċieva t-tazza mingħand it-Teżoriera tal-FMA s-Sinjura Mireille Vella u għollieha ‘l fuq.
Jekk fil-ftit sigħat li fadal sal-lejla mhux se tiġi rranġata d-deċiżjoni li ħa l-Bord tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association, it-tim tal-futsal ta’ Valletta FC, mhux se jkun qed jinżel għall-partita tiegħu…
MFA Futsal League 2018/19 Jumejn wara l-konfront fl-Istejdjum Nazzjonali f’Ta’ Qali bejn Valletta u Birkirkara, l-istess żewġ timijiet kienu avversarji ta’ xulxin fil-kampjonat tal-futsal lokali. B’attendenza numeruża fil-Padiljun Sportiv ta’…
Telfa oħra għal Malta fit-tieni partita minn Grupp E ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2020 tal-futsal. Fil-partita tal-bieraħ l-Iżvezja ħarġu rebbieħa bi skor ta’ 5-1 bil-gowl tal-Maltin li ġie skurjat minn…
FUTSAL: TAZZA TAD-DINJA TAL-FIFA 2020 GRUPP E TA’ KWALIFIKAZZJONI Belġju……12 Mata………0 Futsal: Telfa kbira ta’ 12-0 għat-team Nazzjonali Malti tal-Futsal kontra l-Belġju iktar kmieni llum fl-ewwel logħba minn Grupp E…